Barranin, Lokali
Jiżdied id-dollaru waqt li l-investituri stennew il-konferenza ta’ Trump

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru llum żdied kontra l-muniti ewlenin l-oħrajn hekk kif l-investituri qed jistennew il-konferenza tal-aħbarijiet tal-President-elett Donald Trump aktar tard fil-jum.

L-isterlina kompliet bit-telf tagħha wara rapporti li juru li waqt li l-produzzjoni industrijali rkuprat matul Novembru, il-kummerċ tal-pajjiż ħżien minħabba il-waqgħa tal-isterlina b’riżultat tal-vot tal-brexit.

Id-dollaru Awstraljan ogħla aktar kontra l-munita Amerikana, hekk kif is-sentiment dwar id-dollaru Amerikan sar vulnerabbli minħabba l-konferenza ta’ Trump.

Indiċijiet

Id-Dow Jones fetaħ 0.18% ogħla llum.

Fl-Ewropa, il-FTSE100 u d-DAX rreġistraw riżultati aħjar b’żidiet ta’ 0.32% u 0.25% rispettivament. Il-CAC 40 żdied ukoll b’0.03%. L-iSTOXX 50 tilef 0.01%. In-Nikkei tal-Ġappun spiċċa b’żieda ta’ 0.03% waqt li kienet irreġistrata żieda ta’ 0.41% fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma Lokali

Ġurnata pożittiva għall-ishma lokali, b’żidiet f’erba’ ishma. Il-Medserv u Simonds Farsons Cisk kellhom żieda ta’ 3.11% u 2.84%. L-HSBC Bank Malta tela’ b’1.7% u l-Lombard Bank Malta b’1.3%.

F’territorju negattiv kienu l-Bank of Valletta u l-RS2 Software li tilfu 0.44% u 0.22% rispettivament. Il-GO kien negozjat pero’ ma kien hemm ebda ċaqliq fil-prezz.

Bonds Lokali

Fis-suq tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 żdiedu b’0.29%, segwiti  minn Hili Properties 2025 u l-MIDI 2026 it-tnejn b’żieda ta’ 0.24%.  Il-PTL Holdings  2024 kellhom tnaqqis ta’ 0.71% u l-Premier Capital 2026 b’0.49%. Kemm il-Corinthia Finance 2026 u kif ukoll it-Tumas Investments 2020 tilfu 0.47%.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-produzzjoni fis-settur tal-manifattura fir-Renju Unit żdiedet sewwa matul Novembru biex kabbret l-ottimiżmu dwar il-previżjoni ekonomika għall-pajjiż. F’rapport, l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika fir-Renju Ujnit qal li l-produzzjoni żdiedet b’1.3% aġġustata staġjonevolemt u għaddiet it-tbassir ta’ żieda ta’ 0.5% wara tnaqqis ta’ 1.0% fix-xahar ta’ qabel.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet tad-deheb komplew jogħlew biex laħqu l-ogħla prezz għal sitt ġimgħat, hekk kif is-swieq qed jistennew id-diskors tal-President elett Amerikan Trump.

Anki l-prezzijiet taż-żejt kellhom żieda sinifikanti għall-ewwel darba fi tlett ijiem illum, wara l-aħbar ta’ tnaqqis fil-provvisti mill-Arabja Sawdija lejn l-Asja, iżda dubji persistenti dwar it-tanqqis fil-produzzjoni u sinjali ta’ fornituri li qed jiżdiedu minn produtturi oħra illimitaw iż-żieda.

banif-daily-tables-11-01-17

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar