Barranin
Jiżdied il-prezz tad-deheb

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru Amerikan illum tbaxxa kontra basket ta’ muniti u kontra l-ewro fil-ftit negozju matul il-btala, waqt li irkupru fil-prezzijiet tal-oġġetti essenzjali għenu sabiex id-dollari tal-Kanada u tal-Awstralja jilħqu l-ogħla rata fil-ġimgħat riċenti.

In-negozjanti qalu li ftit kien hemm aħbarijiet biex jappoġġaw iż-żieda fl-ewro, iżda xi investituri qed jaħsbu għal tisħiħ matul is-sena d-dieħla. Fl-2017, l-ewro kellu l-aħjar sena kontra d-dollaru mill-2003.

L-Isterlina żdiedet fost il-waqgħa tad-dollaru, bil-lira sterlina tiżdied b’0.3% għal $1.341. Qabel, kienet laħqet id-€1.3423, l-ogħla mill-15 ta’ Diċembru.

Indicijiet

Ix-xiri bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti żdied fil-prezz, skont l-ishma internazzjonali li kienu mgħejjuna minn żieda fil-prezzijiet tal-oġġetti essenzjali.

Il-prezzijiet tar-ramm, metal użat ħafna fl-enerġija u l-kostruzzjoni, tela’ għall-ogħla livell fi tliet snin u nofs wara li l-aħħar statistika miċ-Ċina turi żieda fl-importazzjoni tar-ramm, u dan qajjem aktar tamiet ta’ domanda akbar minn dan pajjiż konsumatur kbir.

Ishma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma kien imħallat. Il-Bank of Valletta u l-GO tilfu 2.70% u 0.03%. Iżda l-Medserv, l-HSBC Bank, il-Malta International Airport u l-Lombard Bank Malta kellhom żieda ta’ 0.18%, 0.28%, 1.29% u 2.22% rispettivament.

Bonds lokali

Anke s-suq tal-bonds kien imħallat. Il-1923 Investments 2024 li kien qabel kienu PTL Holdings, l-iStivala Group Finance 2027, it-Tumas Investments 2024 u l-Premier Capital kollha kellhom tnaqqis fil-prezz.  Iżda l-MIDI 2026 u l-Pendergardens Developments 2020 żdiedu b’0.24% u 0.38% rispettivament.

 Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu wara li kienu laħqu l-ogħla livell fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif analisti qalu li l-irkupru kien qed jonqos minkejja waqfien fil-produzzjoni mil-Libja u l-Baħar tat-Tramuntana.

Il-prezz tad-deheb żdied għat-tmien sessjoni infila minħabba li l-waqgħa tad-dollaru inkoraġġiet lill-investituri li jixtru d-deheb, waqt li l-aktar metal prezzjuż din is-sena, il-platinju, laħaq l-ogħla prezz fi 17-il sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Barranin

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’erba’ xhur u nofs kontra grupp ta’ muniti wara li statistika dgħajfa dwar l-inflazzjoni wasslet biex l-investituri jnaqqsu xi ftit it-tamiet ta’ żidiet aktar mgħaġġla…

Aktar