Barranin
Jiżdied il-prezz tad-deheb

Muniti Kontra l-Ewro

 

Id-Dollaru żdied wara li kmieni fis-sessjoni kien l-laħaq l-inqas livell fi tliet snin hekk kif id-dħul aktar mill-Bonds tat-Teżor ħajru lill-investituri li jnaqqsu s-sentiment kontra d-dollaru. Prospetti ftit li xejn tajbin iżda llimitaw liż-żidiet.

L-Isterlina ssudat kontra d-Dollaru, u kkonsolidat xi ftit miż-żidiet riċenti li tellgħu lill-Isterlina għall-ogħla livelli minn meta r-Renju Unit ivvota sabiex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Id-Dollaru Awstraljan reġa’ niżel għal-livell ta’ qabel ma tela’ ‘l fuq minn 80 cents Amerikan, sitwazzjoni li kienet imfixkla minn bejgħ minħabba l-profitt li anke naqqas l-effett ta’ rapport tajjeb dwar l-impjiegi.

Indiċijiet

L-ishma Ewropew kellhom żidiet modesti, u ma segwewx l-irkupru li tella’ dawk f’Wall Street u fl-Ażja għal-livelli rekord. Id-Dow Jones fetaħ n-negozju qrib il-livelli tal-għeluq tal-bieraħ ta’ ‘l mil-livell ta’ 26,000. Il-FTSE 100 tilef nofs punt perċentwali u t-Topix tilef 0.74%. Id-DAX żdied b’0.5% kmieni waranofsinhar. L-indiċi lokali tilef ftit aktar minn 0.25% illum.

 Ishma Lokali

Fis-suq tal-ishma lokali, kien hemm aktar pożittivi milli negattivi, madankollu dan ma tellax l-indiċi ‘l fuq minħabba t-telf kbir kellu effett akbar u dan għeleb lil dawk li kienu f’territorju pożittiv. Il-Midi u l-Plaza Centres żdiedu bi 3% u bi 2% rispettivament. Il-Malta Properties Company u l-International Hotel Investments kellhom żieda ta’ madwar 1%. F’territorju negattiv kien hemm il-Malta International Airport li tilfu 0.4%, l-RS2 Software tilfu 0.68% waqt li l-HSBC Bank Malta tilfu 2.23%.

Bonds Lokali

Il-bonds kienu x’aktarx f’territorju negattiv. Is-Central Business Centres u n-1923 Investments żdiedu madwar 2% u 1% rispettivament. Il-Hili Properties kellhom żieda ta’ 0.5%. L-Izola Bank u l-International Hotel Investments it-tnejn tilfu 0.5%. Il-Midi, Corinthia u l-Von der Heyden tilfu aktar minn 1%.

Indikaturi Ekonomici

Ir-rata tal-qgħad fl-Awstralja minn sena għal sena llum kienet ta’ 5.5% meta t-tbassir u r-rata ta’ qabel kienu ta’ 5.4%

 Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt żamm sod ‘il fuq minn $69 kull barmil, sostnut minn inventarji li qed jonqsu taż-żejt mhux maħdum u theddid ta’ attakk fuq l-industrija taż-żejt tan-Niġerija, għalkemm kellha effett żieda rraportata fil-provvisti tal-fjuwil fl-Istati Uniti.

Iż-żejt mhux maħdum riesaq lejn l-ogħla livell minn Diċembru 2014, mgħejjun minn tnaqqis fil-provvista mill-OPEC u tħassib li inkwiet fil-pajjiżi produtturi bħan-Niġerja jistgħu jnaqqsu wkoll l-provvista.

Il-prezz tad-deheb żdied sakemm waqa’ għall-inqas livell f’ġimgħa hekk kif id-dollaru tbaxxa iżda l-analisti jaħsbu li d-deheb kien vulnerabbli għal aktar tnaqqis.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar