Jiżdied il-prezz tad-deheb iżda jonqos tal-fidda

L-ewro llum żdied għal aktar minn $1.19 hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan tbaxxa mil-livelli għolja tiegħu. L-Ewropa qed titħabbat bil-kampanja ta’ tilqim tagħha u qed thedded li tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-vaċċin.

L-Isterlina qed tissarraf f’$1.35c5 hekk kif id-dħul mill-bonds Amerikani qed ikun ta’ madwar 1.70%. Ir-Renju Unit diġà laqqam aktar minn 50% tal-adulti iżda jista’ jiffaċċja kwistjonijiet ta’ provvista fil-ġimgħat li ġejjin. Id-diskors taċ-Ċermen tal-Federal Reserve, Jerome Powell qed ikun mistenni. Il-bank ċentrali tan-Norveġja li huwa aktsar radikali, in-Norges Bank, ta sostenn lil krona Norveġiża l-ġimgħa li għaddiet, iżda is-sostenn ma tantx dam hekk kif tbaxxew il-prezzijiet taż-żejt u waqgħu s-swieq finanzjarji.

Indiċi

Korrezzjoni l-isfel qawwija fid-dħulmill-bonds tat-Teżor Amerikan tidher li qed ikollha effett ħażin fuq ishma finanzjarji sensittivi għar-rati. L-0Indiċi tasl-ishma finanzjarjia kien qed jitbaxxa b’1% u kien l-aktar settur maġġuri li mar ħażin.  Min-naħa l-oħra, l-indiċi tat-teknoloġija kien qed jiżdied b’1%. Minkejja dan id-Dow Jones kien pożittiv b’żieda ta’ madwar 0.15% siegħa wara l-ftuħ. Il-FTSE u d-DAX kienu qed jiżdiedu bi kwart ta’ punt perċentwali u l-CAC 40 jitlef 0.4%. It-Topix tilef aktar minn 1%. L-indiċi lokali tilef 0.21%.

Ishma 

Fil-qasam tal-ishma lokali l-ewwel erba’ ishma fil-lista kienu aktarx bilanċjati b’żidiet qrib it-2% fil-Malta International Airport u telf ta’ 2.67% fil-Bank of Valletta. Bejniethom il-GO żdiedu b’1.12% waqt li l-Lifestar tilfu 1.35%. It-Trident Estates illum tilfu aktar minn 125.

Bonds

Fil-bonds lokali, bosta minnhom kienu f’territorju negattiv. Bl-inqas telf kienu l-Mediterranean Maritime Hub Finance li tilfu 0.2% waqt li l-agħar li marru kienu l-AX Group b’madwar 0.5%. Il-bonds tal-Medserv żdiedu b’aktar minn 5%.

Id-derivattivi taż-żejt żdiedu ftit aktar minn 0.5% illum. Id-deheb kompla jogħla u jitbaxxa bejn il-livelli ewlenin. Id-dħul mill-bonds ta’ 10 snin tat-Teżor Amerikan għamlu korrezzjoni wara ż-żieda tal-ġimgħa li għaddiet. Żidiet addizzjonali fid-deheb mistennija jagħlqu l-ġurnata bil-prezz ta’ $1,745 kull uqija deheb.  Il-prezzijiet tad-fidda llum ħadu daqqa lejn il-$25 bin-negozja u fl-Asja Paċifikub bil-prezz ta’ $26.20. Dan jammonta għat-telf ta’ 2.17%. Bejgħ tekniku mal-kisbA taż-żona ta’ sostenn ewlieni jidher li kienr-raġuni wara t-tnaqqis fil-prezz tal-fidda.