Barranin
Jiżdied il-prezz tad-deheb u taż-żejt

Il-kwistjoni tat-tilwima kummerċjali tkompli tkun iċ-ċentru tal-ħidma fid-dinja finanzjarja. Il-kummenti tal-President tal-Istati Uniti Trump fi tmiem il-ġimgħa taw xi ftit ottimiżmu lill-investituri li kompla matul il-parti l-kbira tas-sessjoni Ewropea, għalkemm lejn tmiem is-sessjoni  l-aħbar li ċ-Ċina qed tistudja l-possibiltà li tiżvaluta l-Yuan biex tiġġieled it-tariffi Amerikan, wasslet għal tnaqqis fl-indiċijiet Ewropej.

L-Isterlina laħqet l-ogħla rata f’ġimagħtejn illum hekk kif żieda fis-sentiment għar-riskju u kumment minn membru tal-Bank of England, li l-bank ma għandux għala jdewwem żieda fir-rata tal-interess, tat spinta saħħet id-dħul ta’ flus fl-Isterlina.

Is-swieq qed jaraw 80% probabbiltà li jkun hemm żieda fir-rata f’Mejju u l-aħħar kummenti u survey b’saħħtu dwar id-djar li ħareġ din il-ġimgħa taw aktar inkoraġġiment.

L-irkupru fis-swieq internazzjonali kompla llum wara rimarki mill-President Ċiniż Xi Jinping naqqsu t-tħassib dwar gwerra kummerċjali li laqat ħażin lis-swieq fl-aħħar ġimgħat.

Għal nofs is-sessjoni ta’ dalgħodu, l-ishma Ewropew kienu qed iżommu ż-żidiet ta’ qabel bl-iSTOXX 500 jiżdied b’madwar 0.48%, mgħejjun minn taħlita ta’ rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji.

Irkupru fl-ishma tal-minjieri għenu lill-FTSE 100 jiżdied 0.65%,  kważi l-ogħla livell f’xahar hekk kif batta t-tħassib dwar il-kummerċ globali.

Il-Borża ta’ Malta għalqet b’żieda żgħira, bl-ishma tal-HSBC l-uniċi li żdiedu llum, b’0.6% għal €1.68. Tliet ishma oħra kienu nnegozjati mingħajr bidla fil-prezz. Dawn kienu l-Malta International Airport, il-PG u l-Bank of Valletta. Ebda ishma ma kienu negozjati f’territorju negattiv.

Fis-sessjoni tal-bonds kienet l-istesss storja b’ebda bond ma jitlef. Il-Mediterrtanean  Investments Holdings 2022 żdiedu b’1.68% waqt li l-Corinthia Finance 2026 u l-SD Finance 2027 żdiedu kważi 1%. Żidiet inqas kienu fil-Global Capital u f’Simonds Farsons Cisk.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu fin-negozju bikri fl-Ażja jekk kif tbaxxa d-dollaru u l-ishma Ażjatici.

Il-prezz taż-żejt qabeż is-$70 kull barmil, u estenda ż-żidiet mis-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-investituri saru aktar ottimisti li l-kwistjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tista’ tkun solvuta mingħajr aktar ħsara lill-ekonomija globali.

Il-Brent tela’ għal $70.04 iżda mbagħad tbaxxa għal $69.89 waqt li West Texas Intermediate tela’ għal $64.59 kull barmil. Il-prezz taż-żejt żdied bi kważi 4.5% fl-aħħar jumejn ta’ negozju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Aktar