Jiżdied il-prezz tad-deheb wara li l-investituri fittxew assi siguri 

Ir-rata tal-Ewro kontra d-Dollaru telgħet ‘il fuq minn $1.1450 minħabba d-dgħufija tad-Dollaru bil-fokus fuq l-ogħla rata f’seba’ ġimgħat tal-ġimgħa li għaddiet li kienet ta’ $1.1485. L-Ewro żdied b’0.23% għal €1.14570.

L-inċertezza politika fl-Istati Uniti saret tħassib għall-investituri, u qed tpatti għad-deċiżjoni tal-Federal Reserve li ma indikax pawsa fiż-żidiet fiċ-ċiklu tar-rati tal-interessi fil-laqgħa dwar il-politika monetarja dan ix-xahar, kif kien mistenni ħafna mis-swieq. L-Ewro kien qed jesperjenza forzi konfliġġenti, b’sinjali ta’ tnaqqis fil-momentum tat-tkabbir ekonomiku min-naħa waħda, u min-naħa l-oħra l-irkupru fl-assi Taljan wara proposti kredibbli dwar il-baġit li għoġbu lill-Unjoni Ewriopea.

L-Ewro wera wkoll żieda ta’ 0.12% kontra l-Isterlina u 0.10% kontra d-Dollaru Kanadiż, iżda tilef 0.08% kontra d-Dollaru Awstraljan, 0.31% kontra l-Yen u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru.

L-ishma Ewropej irkupraw, u l-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti jitilfu hekk kif l-investituri qed ippruvaw jifhmu ċ-ċaqliq fil-prezzijiet li wassal biex l-indiċi Dow Jones jiżdied b’akta rminn 800 punt f’sagħtejn ilbieraħ.

L-ishma fl-Ewropa fetħu b’mod ġenerali f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tilef 1.52%; l-iSTOXX 50, 1.22%, id-DAX 2.37% u l-CAC 40 0.60%.

L-akbar banek fid-dinja qed jittamaw għal irkupru fil-prezzijiet taż-żejt wara li sfumat il-biża’ ta’ riċessjoni. Il-prezzijiet bil-quddiem f’Londra u New York waqgħu f’dan il-kwart tas-sena bil-volatilità togħla fl-aħħar ġimgħa hekk kif il-prezz taż-żejt mhux maħdum mexa skont it-taqlib fis-swieq finanzjarji.

Minkejja pjani mill-OPEC u l-alleati sabiex jillimitaw il-produzzjoni s-sena d-dieħla bil-għan li ma jkunx hawn provvista kbira żejda fis-suq, is-sitwazzjoni tal-prezz taż-żejt tmexxiet miċ-ċaqliq fl-assi finanzjarji u mit-tħassib mill-ekonomija globali.

Iż-żejt Brent żdied bi 2.01% għal $53.19 kull barmil waqt li l-U.S. Light Crude wera żieda ta’ 2.42 għal $45.66.

Il-prezz tad-deheb żdied hekk kif l-investituri fittxew assi siguri wara l-volatilità qawwija fis-swieq. Il-prezz tela’ b’0.40% għal $1,281.06. Il-fidda żdiedet b’0.71% għal $15.33610.

Matul din il-ġimgħa nistennew dawn l-aħbarijiet finanzjarji. Nhar l-Erbgħa toħroġ l-istatistika għal Diċembru dwar is-settur tal-manifattura fil-Ġermanja u r-Renju Unit.

Il-Ħamis joħorġu ċ-ċifri dwar il-kostruzzjoni fir-Renju Unit u mill-Istati uniti toħroġ il-bidla fl-impjiegi eskluża l-biedja, iċ-ċifri dwar is-settur tal-manifattura u l-bejgħ ta’ djar ġodda.

Nhar il-Ġimgħa, toħroġ ir-rata tal-qgħad fil-Ġermanja u statistika dwar is-settur tas-servizzi fir-Renju Unit. Miż-żona tal-ewro ikun hemm l-indiċi dwar il-prezzijiet għall-konsumatur minn sena għal sena.

Mill-Istati Uniti jkollna l-pagi eskluża l-biedja, ir-rata tal-qgħad, l-inventarji taż-żejt mhux maħdum u d-diskors taċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jeremy Powell bil-Kanada toħroġ iċ-ċifri tal-qgħad.

Aħbarijiet Oħra

Id-dollaru ddgħajjef kontra r-rivali tiegħu llum, u riesaq lejn l-aktar rata baxxa tal-aħħar tliet xhur qabel laqgħa tal-bank ċentrali bl-istennija tikber li l-Federal Reserve ser jagħti sinjal għall-ewwel tnaqqis fir-rata…

Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Id-Dollaru tbaxxa llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali li qed tikber bejn Washington u Beijing u t-tamiet qawwija li ser jitbaxxew r-rati tal-interessi Amerikani, naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana. Kontra basket ta’…

Aktar