Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt bit-tensjonijiet li eskalaw minħabba l-Iran

Muniti

Wara żidiet iniżjali fin-negozju bikri f’Londra, id-domanda għal muniti meqjusa siguri battiet bil-Yen juri żieda ta’ 0.1% kontra l-ewro u l-Frank Żvizzeru kważi bla ebda żieda mal-munita unika.

L-Isterlina tbaxxiet għat-tieni jum infila, milquta ħażin mill-wirja ferm aħjar milli kienet mistennija tal-mexxej Laburista Jeremy Corbyn fid-dibattitu elettorali mal-Prim Ministru Boris Johnson li huwa meqjus mis-swieq bħala aktar qrib in-negozjanti.

Il-munita Ingliża tbaxxiet ukoll għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro għalkemm mhix ‘il bogħod mill-ogħla rata f’sitt xhur, għax l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika għadhom juru li l-Partit Konservattiv għandu maġġoranza kbira ta’ 18-il punt perċentwali qabel l-elezzjoni ta’ Diċembru.

Indiċi

L-istokks Ewropej illum kienu fi triqithom lejn l-agħar ġurnata f’sitt ġimgħat, għax it-theddida ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ħalliet l-effett tagħha. Id-DAX tal-Ġermanja, l-aktar indiċi sensittiv għall-kummerċ fl-Ewropa, tilef 0.41% waqt li l-ISTOXX 50, magħmul mill-aqwa kumpaniji Ewropej tilef 0.32%.

It-tliet indiċijiet ewlenin f’Wall Street fetħu aktar baxxi minħabba tħassib li l-inkwiet politiku bejn Washington u Beijing jista’ jfixkel in-negozjati dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. Id-Dow Jones tilef 0.19%; u l-S & P 500 tbaxxa b’0.18%.

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilef 0.90%; il-GO avvanzaw 0.48%; l-HSBC Bank Malta żdiedu b’1.57%; l-International Hotel Investments tilfu 5.29%; il-Malita Investments tilfu 1.10%; il-Malta International Airport żdiedu b’0.69% waqt li l-BMIT Technologies baqgħu bla ċaqliq.

Ishma

Fil-bonds lokali, il-Hal Mann Vella Group 2024 żdiedu b’1.23%; il- Best Deal Properities Holdings 2024 tilfu 1.65%; il-Premier Capital 2026 żdiedu 0.95%; l-SD Finance 2027 żdiedu b’1.35%; it-Tumas Investments 2027 tilfu 6.54%; l-iStivala Group Finance 2027 żdiedu bi 2.45% u kien hemm tnaqqis ta’ 3.35% fil-prezz ta’ Tum Finance 2029.

Iż-żejt żdied illum hekk kif eskalew it-tensjonijiet minħabba l-Iran iżda t-tamiet li qed jonqsu dwar ftehim malajr għat-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li laqtet ħażin lit-tkabbir globali ġibdu l-isfel il-prezzijiet.

Il-West Texas Intermediate żdied b’0.89% għal $55.77 waqt li l-Brent wera żieda ta’ 0.90% għal $61.43. L-aircraft carrier Amerikana Abraham Lincoln ilbieraħ salpat fl-Istrett ta’ Ħormuż, vitali għall-provvista taż-żejt hekk kif l-mexxejja Iranjan qed iwaħħlu f’għedewwa barranin talli qed isiru l-protesta dwar iż-żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Barranin

Muniti Il-President Amerikan Donald Trump qal li ftehim kummerċjali ġdid maċ-Ċina aktarx ikollu jistenna għal wara l-elezzjoni presidenzjali Amerikana tas-sena d-dieħla. Din l-aħbar sorprendenti laqtet sewwa lid-dollaru Amerikan hekk kif…

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel fin-negozju f’Londra llum hekk kif naqas sentiment ta’ riskju ta’ matul il-lejl imqajjem mill-inkwiet dwar Hong Kong bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Iċ-Ċina wissiet…

Aktar