Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt bl-istqarrija tal-Prinċep Abdulaziz bin Salman

Muniti

L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju mill-bank ċentrali illimita ż-żidiet. Tliet persuni familjari mad-diskussjonijiet interni qalu li l-Ġermanja qed tikkunsidra l-ħolqien ta’ “baġit ombra” li jippermetti lill-Gvern li jkabbar l-investiment pubbliku lil hinn mir-regoli dwar id-dejn imniżla fil-kostituzzjoni.

L-isterlina rkuprat minn telf bikri llum u resqet lejn l-ogħla rata f’ħames ġimgħat hekk kif statistika sorprendentement tajba u ottimiżmu li qed jiżdied li r-Renju Unit mhux ser joħroġ bla ftehim mill-Unjoni Ewropea kabbar id-domanda għall-isterlina.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson illejla pprova jerġa’ jsejjaħ elezzjoni ġenerali iżda ser ikun imfixkel mill-parlamentari li għaddew liġi li ma jistax joħroġ lill-pajjiż mingħajr ftehim.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji Ewropej kienu qrib l-ogħla livell għal xahar wara li statistika wriet żieda mhux mistennija fl-esportazzjoni Ġermaniża u aspettattivi kbar li l-Bank Ċentrali Ewropew ser japprova sensiela ġdida ta’ stimulu monetarju. L-iSTOXX 600 fetaħ ogħla iżda mbagħad tilef 0.1% hekk kif telf fl-ishma tal-linji tal-ajru u l-prodotti essenzjali kien akbar miż-żieda f’dawn taż-żejt u l-karozzi.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla għar-raba sessjoni infila, hekk kif statistika ekonomika globali mħallta kabbret l-aspettattivi ta’ stimulu monetarju mill-banek ċentrali, inkluż il-Federa Reserve fl-Istati Uniti. Id-Dow Jones żdied 0.26%.

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma tal-Bank of Valletta żdiedu b’1.33%, il-GO tilfu 0.45%; żieda ta; 0.68% fil-Malta International Airport u tnaqqis ta’ 2.86% fil-Malta Properties Company. Il-MaltaPost tilfu 1.48% waqt li l-RS2 Software żdiedu b’1.06% u Trident Estates tbaxxew b’1.58%.

Bonds

Il-parti l-kbira tal-bonds lokali kienu pożittivi bil-Mediterranean Investments Holdings 2022 jiżdiedu bi 2.89%, in-1923 Investments 2024 b’0.61%; l-Eden Finance 2027 b’0.47%’ is-Central Business Centres 2027 b’0.48%. Kien hemm żieda ta’ 0.96% fil-Bortex Group Finance 2027; 0.87% fit-Tum Finance 2029 u 0.74% fil-Hili Finance Company 2029.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum wara li l-Ministru tal-enerġija Sawdi ġdid, il-Prinċep Abdulaziz bin Salman ikkonferma li mhux ser ikun hemm xi bidla radikali fil-politika ta’ pajjiżu dwar iż-żejt.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew illum mill-inqas livell f’ġimagħtejn tas-sessjoni ta’ qabel, sostnut minn tamiet li ser ikun hemm illaxkar monetarju mill-banek ċentrali għalkemm iż-żieda kienet limitata minn sentiment imtejjeb għal assi aktar riskjużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti Il-krona Svediża żdiedet sewwa llum wara li l-bank ċentrali qal li xorta jistenna li jissikka ċ-ċintorin fil-politika monetarja lejn l-aħħar tas-sena, b’sorpriża tas-swieq kummerċjali li wasslu qliegħ qawwi mill-munita…

Barranin

Muniti L-ewro ħa tisbita għall-inqas rata fi 28 xahar kontra d-dollaru għax l-investituri qed jistennew rati ta’ interessi negattivi għal żmien twil fiż-żona tal-ewro. Il-waqgħa tal-munita unika waslet ukoll mat-tisħiħ…

Aktar