Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt hekk kif se jkompli l-qtugħ fil-produzzjoni

Muniti

Il-moviment fis-swieq finanzjarji llum kienu modesti ħafna, bil-muniti ewlenin jirreġistraw ċaqliq negliġibbli kontra l-ewro. Ċaqliqiet notevoli kienu kontra l-isterlina u l-frank Żvizzeru.

L-isterlina żdiedet wara jumejn ta’ telf hekk kif is-swieq finanzjarji stennew il-manifest elettorali mill-Partit Laburista, bil-Partit Konservattiv fil-gvern jidher b’maġġoranza kbira fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika.

Id-dollaru kien ftit dgħajjef kontra l-muniti ewlenin l-oħrajn, bl-investituri moħħhom fl-aħħar żviluppi fit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li ilha sejra 16-il xahar u li tat daqqa ta’ ħarta lill-ekonomija dinjija.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu bla ċaqliq u wara tbaxxew wara sinjali mħallta dwar il-kummerċ waqt li tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-protesti f’Hong Kong tefgħet dubju dwar meta ser jintlaħaq ftehim dwar it-tilwima dwar it-tariffi.

L-ishma Ewropej tilfu wara li leġiżlazzjoni mill-Istati Uniti dwar Hong Kong qajmet aktar tħassib dwar kemm il-ftehim kummerċjali tal-“ewwel fażi” jista’ jintlaħaq malajr.

Fil-parti l-kbira, is-sottu-setturi Ewropej kellhom telf bl-ishma tal-minjieri, tat-teknoloġija taż-żejt u l-gass, li huma l-aktar esposti għat-tensjonijiet kummerċjali globali, tilfu 1% kull wieħed.

L-indiċi ewlieni Kanadiża fetaħ ftit aktar baxx, hekk kif ħjiel konfliġġenti dwar it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żamm baxx is-sentiment, iżda żieda fil-prezz taż-żejt sostniet l-ishma tal-enerġija.

Ekwiti Lokali

F’sessjoni attiva ferm fl-ishma lokali kien hemm aktar kumpaniji f’territorju negattiv milli f’dak pożittiv, għalkemm kien hemm żidiet notevoli fil-Malta Properties u fil-Malita Investments li żdiedu 3% u 1.67% rispettivament.

F’territorju negattiv, l-International Hotel Investments, il-Malta International Airport u l-Plaza Centres tilfu qrib il-1% waqt li l-HSBC Bank Malta tilfu 1.55% u l-Medserv qrib l-4%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, il-MIDI 2026 kienu l-aħjar li marru segwiti minn Best Deal Properties 2024. Il-Bank of Valletta 2020 żdiedu 1%.

F’territorju negattiv kien hemm l-International Hotel Investments u l-Hili Finance li tilfu qrib il-1% u 1.23% rispettivament. It-Tumas Investments 2024 tilfu 5.68%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu wara rapport minn Reuters wera li l-OPEC u l-alleati mistenni li jġeddu l-qtugħ fil-produzzjoni sa nofs l-2020 waqt li rapporti jgħidu li ċ-Ċina stiednet lin-negozjaturi tal-Istati Unitri għal sensiela ġdida ta’ taħditiet. Il-Brent żdied inqas minn 1% waqt li l-prezz fi New York żdied b’1.29%.

Id-deheb u il-fidda tilfu fil-prezz f’korrelazzjoni kważi perfetta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Barranin

Muniti Il-President Amerikan Donald Trump qal li ftehim kummerċjali ġdid maċ-Ċina aktarx ikollu jistenna għal wara l-elezzjoni presidenzjali Amerikana tas-sena d-dieħla. Din l-aħbar sorprendenti laqtet sewwa lid-dollaru Amerikan hekk kif…

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel fin-negozju f’Londra llum hekk kif naqas sentiment ta’ riskju ta’ matul il-lejl imqajjem mill-inkwiet dwar Hong Kong bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Iċ-Ċina wissiet…

Aktar