Jiżdied il-prezz taż-żejt hekk kif hemm tama li jiżdied it-traffiku tal-vetturi u d-domanda għall-fjuwil

L-ewro llum iddgħajjef kontra l-muniti l-oħra wara li l-qorti kostituzzjonali Ġermaniża ddeċidiet li l-bank ċentrali Ġermaniż għandu jieqaf jixtri bonds tal-gvern hekk il-Bank Ċentrali Ewropew ma jistax jipprova li dan ix-xiri huwa meħtieġ. Id-deċiżjoni ma tolqotx l-aħħar programm tal-Bank Ċentrali Ewropew minħabba l-koronavirus, li hija skema ta’ 750 biljun ewro biex tkun sostnuta l-ekoomija. Iżda d-deċiżjoni fixklet lis-swieq finanzjarji, li kienu ikkalmaw bix-xiri aggressiv mill-Bank Ċentrali Ewropew sabiex il-kriżi tal-koronavirus ma twassalx għal riċessjoni qawwija.

L-ewro tilef 0.7% għal $1.0826 wara d-deċiżjoni u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’jum mill-bidu ta’ April, iżda wara irpilja xi ftit biex kien qed jitlef 0.44%. Kontra l-Isterlina, l-ewro tilef kważi 0.60% u 0.84% kontra d-Dollaru Awstraljan. Il-munita unika tilef 0.51% kontra l-Yen Ġappuniż.

It-tnaqqis fl-ewro żied il-valur tad-dollaru għat-tieni jum wara l-ieħor bl-indiċi tad-dollaru jiżdied b’0.4%, Iż-żidiet tad-dollaru kienu wkoll sostnuti wara li l-President Trump kompla bl-attakki verbali kontra ċ-Ċina, bil-qawmien mill-ġdid ta’biża’ ta’ gwerra kummerċjali ġdida.

Indiċi

 L-ishma Ewropej żdiedu llum hekk kif żieda qawwija fl-ishma tal-kumpanija ġgantija Franċiża tal-enerġija, Totàl, u numru ta’ rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji żiedu mal-ottimiżmu minħabba l-illaxkar tal-lockdowns mill-ekonomiji ewlenin.

L-indiċi ewlenin fl-Istati Uniti kienu resqin lejn żieda fil-ftuħ hekk kif irkupraw il-prezzijiet taż-żejt. Numru ta’ stati fl-Istati Uniti qed jippjanaw li jillaxkaw l-ordnijiet tal-lockdowns din il-ġimgħa u dan qajjem tamiet għal irkupru fid-domanda għaż-żejt. L-indiċi ewlenin ta’ Wall Street temmew jumejn ta’ telf biż-żidiet fl-ishma ta’ kumpaniji tat-teknoloġpija u tal-internet  u fil-prezzijiet taż-żejt jibbilanċjaw it-tħassib dwar l-aħħar inkwiet bnejn l-Istati uniti u ċ—Ċina u tnaqqis fis-sentiment mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija ġgantija Bershire Hathaway tal-biljunarju Warren Buffett.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu fil-parti l-kbira pożittiva bil-MIDI biss turi telf fil-prezzijiet ta’ 1.52% għal €0.39 kull sehem.

Ishma pożittivi kienu jinkludu lill-MaltaPost b’0.83%, il-Bank of Valletta b’0.96%, il-Malta International Airport b’1%, l-International Hotel Investments b’1.72% u l-GO li kienu l-ishma bl-akbar żieda ta’ 7.22%. Ishma oħrajn, inklużi Main Street Complex, kienu negozjati mingħajr movement.

Bonds

Anke fis-suq tal-bonds lokali, is-sentiment kien ukoll pożittiv bil-parti il-kbira jkunu f’territorju pożittiv.

Dawn kienu l-Hili Finance Company  2028 b’0.55%, l-AX Investments  2024 b’0.97%, il-Best Deal Properties Holding  2024 b’1.01%, il-Hili Properties 2025 b’1.96% u s-6PM Holdings  2025 b’4.86%.

L-akbar tnaqqis kien fil-Corinthia Finance 2026 u fl-International Hotel Investments  2026 li t-tnejn għalqu bi tnaqqis ta’ 0.50%

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum minħabba tamiet ta’ irkupru fit-traffiku tal-vetturi u fid-domanda għal fjuwil, hekk kif xi stati fl-Istati Uniti  u pajjiżi fl-Ewropa u l-Asja bdew jillaxkaw il-miżuri tal-lockdown. Barra dan, analisti qalu li d-domanda globali għaż-żejt tbaxxiet bi 30% matul April u l-irkupru aktarx li jkun bil-mod, speċjalment fil-linji tal-ajru li mistennija jibqgħu bla xogħol għax-xhur li ġejjin.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew hekk kif issaħħaħ id-dollaru u tjieb is-sentiment ta’ riskju fl-investituri minħabba l-passi minn ekonomiji ewlenin li jillaxkaw il-miżuri marbuta mal-virus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

L-ewro estenda ż-żidiet tiegħu llum lejn l-ogħla livell f’xahrejn hekk kif l-investituri stennew għat-tweġiba tal-President Trump għall-kontroll li qed  jiżdied miċ-Ċina fuq Hong Kong, li jista’ jkompli jħażżen it-tensjonijiet bejn…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Aktar