Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt u jitbaxxa tad-deheb

 Id-dollaru tilef iż-żidiet bikrin wara li l-kummenti tal-Federal Reserve dwar iż-żieda fl-inflazzjoni din is-sena ma rnexxielhomx itellgħu lill-munita mill-inqas livell fi kważi tliet snin. Wara l-agħar xahar min-nofs l-2016, id-dollaru żdied fin-negozju Ażjatiku qabel ma waqa’, bl-investituri jħejju rwieħhom għall-istatistika ekonomika li toħroġ għada.

Id-dollaru bata din is-sena kif kien mistenni għaliex l-issikkar fil-politika monetarja f’partijiet oħra tad-dinja flimkien ma’ tkabbir ekonomiku aktar qawwi, inkorraġġew lill-investituri li jpoġġu flushom x’imkien ieħor, partikularment fiż-żona tal-ewro.

Il-Federal Reserve ilbieraħ ma bidilx ir-rati tal-interess iżda qal li l-inflazzjoni mistennija li taċċellera din is-sena, u dan kabbar it-tamiet li r-rati ser ikompli jogħlew taħt iċ-ċermen il-ġdid, Jerome Powell.

L-Isterlina ssodat u irkuprat mit-telf tal-bidu tal-ġimgħa, hekk kif naqas it-tħassib dwar it-tmexxija tal-Prim Ministru May u kibru t-tamiet li l-Bank of England ser ikun aktar aggressiv fil-laqgħa li jmiss il-ġimgħa d-dieħla.

Id-dollaru Awstraljan waqa’ kontra l-ewro wara statistika li wriet li l-approvazzjoni tal-permessi tal-bini tbaxxiet b’20% matul Diċembru kontra t-tbassir ta’ 8% tnaqqis.

Indiċijiet

L-indiċijiet taż-żona tal-ewro tilfu bħal oħrajn madwar id-dinja b’madwar 0.5%. L-aktar negattiv kien id-DAX li tbaxxa għall-inqas livell mill-bidu tas-sena. L-indiċi Ġappuniż, it-Topix, żdied b’madwar 2%. Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.32%,  liema tnaqqis kellu ukoll l-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma llum kien hemm aktar telf milli żieda fil-prezzijiet. It-Trident u l-HSBC żdiedu ftit aktar minn 0.5%. Il-Malita Investments tilfu aktar minn 0.5%;  il-Malta International Airport tilfu aktar minn 2%. L-RS2 Software kellhom tnaqqis ta’ 3.45% waqt li l-Grand Harbour Marina tilfu 5%.

Bonds

Il-bonds lokali kellhom l-istess sitwazzjoni bħall-ishma bl-SD Finance u l-GAP jiżdiedu 0.97% u 0.24% rispettivament.  Erba’ bonds oħra tilfu bejn 0.24% u 0.87% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 2.21% fil-GlobalCapital.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu wara stħarriġ wera li l-impenn tal-OPEC li jnaqqas il-produzzjoni għadu fis-seħħ, anke jekk il-produzzjoni mill-Istati Uniti qabżet l-10 miljun barmil kull jum għall-ewwel darba mill-1970.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa hekk kif l-investituri tefgħu l-fokus tagħhom fuq l-istatistika dwatr l-impjiegi fl-Istati Uniti li mistennija toħroġ lejn tmiem il-ġimgħa għal xi gwida dwar il-politika monetarja għall-bqija tas-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Barranin

Id-Dollaru Amerikan jinsab maqbud f’firxa kontra l-Ewro u l-maġġoranza tal-muniti ewlenin rivali llum hekk kif l-atmosfera tal-elezzjoni laqtet lis-swieq finanzjarji. L-investituri qed ikunu kawti hekk kif il-votanti fl-Istati Uniti qed…

Aktar