Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt wara li mistennija jonqsu s-sanzjonijiet mill-Istati Uniti kontra l-Iran

Id-Dollaru żamm iż-żidiet riċenti fin-negozju bikri llum wara li uffiċjali Amerikani u Ċiniżi temmew jumejn ta’ taħditiet mingħajr ebda riżultati.

It-taħditiet bejn iż-żewġ pajjiżi ntemmu hekk kif kibret il-gwerra kummerċjali wara li sensiela ġdida ta’ tariffi mill-Istati Uniti fuq $16-il biljun ta’ importazzjoni miċ-Ċina, wasslet għal tariffi bħalhom mill-Gvern Ċiniż fuq prodotti Amerikani.

Bħala munita meqjusa sigura, id-Dollaru bbenefika mill-biża’ ta’ taqlib kummerċjali internazzjonali fix-xhur li għaddew. Il-fokus tal-investituri ntefa’ fuq id-diskors tal-President tal-Federal Reserve Jeremy Powell li kellu jsir llum fil-laqgħa annwali tal-banek ċentrali f’Jackson Hole, Wyoming.

L-Ewro kellu żieda għal $1.1564 u b’hekk kiseb lura xi telf wara li kien tilef nofs perċentwal fis-sessjoni ta’ qabel. L-Ewro kellu żieda wkoll ta’ 0.06% kontra l-Isterlina; ta’ 0.23% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.31% kontra l-Yen u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru. Iżda l-munita unika tbaxxiet bh’0.19% kontra d-Dollaru Awstraljan.

L-ishma Ewropej żdiedu fil-ftuħ tan-negozju wara li l-ishma Ċiniżi rkupraw xi telf ta’ qabel wara li t-taħditiet bejn  l-Istati Uniti u ċ-Ċina ntemmu mingħajr progress iżda li ma temmewx it-tamiet ta’ riżoluzzjoni aktar tard. Il-FTSE 100 żdied b’0.01%; l-iSTOXX 50 b’0.20%; id-DAX b’0.21% u l-CAC 40 wera żieda ta’ 0.17%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu hekk kif is-sanzjonijiet mill-Istati Uniti kontra l-Iran mistennija li jnaqqsu volumi sinifikanti mill-provvista ta’ żejt mhux raffinat mis-suq.

Il-brent wera żieda ta’ 0.71% għal $75.24 u l-light crude b’0.77% għal $68.35.

In-negozjanti ta ż-żejt qalu li l-prospetti tal-provvista kontra d-domanda għas-swieq taż-żejt huma relattivament inċerti minħabba li dalwaqt li jidħlu s-sanzjonijiet Amerikani li ser joqltu l-esportazzjoni taż-żejt mill-Iran minn Novembru.

L-Iran huwa t-tielet l-akbar produttur taż-żejt fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt, l-OPEC u jesporta medja ta’ madwar 2.5 miljun barmil kuljum ekwivalenti għal madwar 2.5% tal-konsum globali.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu b’0.22% għal $1,188.26 kull uqija. Il-fidda żdiedet ukoll b’0.40% għal $14.59.

Matul il-ġimgħa d-dieħla mistennija toħroġ l-istatistika dwar il-Prodott Domestiku Gross tal-Kanada; u r-rata tal-qgħad taż-Żona tal-Ewro u tal-Ġappun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Aktar