Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt wara li naqset il-ħażna fl-Istati Uniti

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment. Kontra grupp ta’ muniti d-dollaru riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’xahar ta’ 0.5% biż-żieda fil-każi tal-koronavirus fl-Istati Uniti ikollhom effett fuq is-sentiment.

Sentiment ta’ riskju pożittiv għen muniti oħra orjentati lejn ir-riskju bħad-Dollaru ta’ New Zealand, li żdied kważi 0.5% kontra l-munita Amerikana u l-ewro, li avvanza 0.16% għal $1.1266. Is-sentiment ukoll għen lill-Isterlina li telgħet ‘il fuq minn $1.2482 wara żieda ta’ kwazi 2% mill-inqas rata f’xahar milħuqa nhar it-Tnejn li għadda.

L-Isterlina kompliet togħla minħabba dollaru aktar dgħajjef u ma kellha ebda moviment kontra l-ewro hekk kif l-investituri qed jivvalutaw il-probabbiltà li r-Renju Unit jiffirma ftehim kummerċjali mal-Unjoni Ewreopa sa tmiem is-sena. Dan ix-xahar huwa kruċjali għall-isterlina għax sa tmiemu, ikun ċar jekk ir-Renju Unit huwiex ser ikollu ftehim jew le.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa żdiedu llum hekk kif statistika ekonomika inkoraġġanti minn madwar id-dinja u tamiet ta’ vaċċin kontra l-COVID-10 saħħew is-sentiment qabel il-ħruġ taċ-ċifri tal-qgħad mill-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji daħlu fit-tieni nofs tas-sena fuq nota tajba kmieni din il-ġimgħa, hekk kif diversi stħarriġ dwar in-negozju wrew li l-waqgħa minħabba l-koronavirus fil-manifattura globali naqset matul Ġunju.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Middlesea kellha l-akbar tnaqqis ta’ 9.09%, segwiti minn dawk ta’ BMIT Technologies li tilfu 2.04%.

Kien hemm ukoll negozju fl-HSBC Bank Malta, fil-Malta International Airport u fil-PG imma mingħajr ċaqliq fil-prezz.

F’territorju pożittiv kien hemm Simonds Farsons Cisk b’żieda ta’ 1.27% għal €8 kull sehem u l-Bank of Valletta li marru l-aħjar b’1.50%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Hudson Malta 2026 tilfu by 2.44%, il-Hili Finance Company 2029 u l-Hili Finance Company 2028 it-tnejn tilfu 1.52% waqt li n-1923 Investments 2024 tbaxxew b’0.73%.

Fin-naħa pożittiva kien hemm l-International Hotel Investments 2026 b’ 1.30%, il-Mercury Projects Finance 2031 b’1.94% waqt li marru l-aħjar it-Tumas Investments 2027 bi 2.36%

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum hekk kif tnaqqis qawwi fil-ħażniet fl-Istati Uniti għelbu t-tħassib li żieda fil-każi tal-koronavirus fl-Istati Uniti u l-miżuri ta’ għeluq ġodda f’Kalifornja jistgħu jwaqqfu l-irkupru fid-domanda għal fjuwil. Il-ħażniet ta’ żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti tbaxxew b’7.2 miljun barmil mil-livell għoli rekord tal-ġimgħa li għaddiet ferm aktar milli stennew l-analisti, hekk kif ir-raffineriji żiedu l-produzzjoni u naqset l-importazzjoni.

Il-prezz tad-deheb stabilizza ruħhu taħt il-livell tal-bieraħ, li kien qrib l-ogħla fi tmien snin, hekk kif is-sentiment tal-investituri għal assi aktar riskjużi bħall-ishma tjieb wara provi inkorraġanti tal-vaċċin kontra l-koronavirus u qabel il-ħruġ taċ-ċifri tal-qgħad fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar