Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt wara tnaqqis fil-produzzjoni

Muniti

L-ewro estenda l-irkupru mill-inqas rata tal-2019, hekk kif id-dollaru baqa’ lura minħabba statistika ħażina dwar il-pagi, esklużi dawk tal-biedja. L-ewro temm il-ġimgħa li għaddiet b’telf ta’ 1.3% (l-ikbar tnaqqis f’ġimgħa minn kmieni Awwissu).

L-ewro żdied ftit b’0.8% kontra d-dollaru għal $1.1244l; b’0.06% kontra l-Isterlina; 0.05% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.05% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.10% kontra l-Yen u 0.21% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma żdiedu fl-Ewropa u fl-Asja waqt li fl-Istati Uniti l-ishma qed jitħabtu sabiex iwarrbu minn quddiemhom l-agħar ġimgħa tas-sena. Id-dollaru żdied bi ftit.

Il-boroż Ewropej kienu kollha f’territorju pożittiv bil-FTSE 100 juri żieda ta’ 0.60%; l-iSTOXX 50 0.37%; id-DAX b’0.38% u l-CAC 40 b’0.33%.

Id-Dow Jones tilef 0.07% mal-ftuħ waqt li kien hemm żieda ta’ 1.697% fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Kien jum pożittiv għall-ishma lokali, il-Mapfre Middlsea, l-International Hotel Investments, il-Malta Properties Company, Simonds Farsons Cisk, il-GO, il-Medserv u l-Bank of Valletta kollha żdiedu b’aktar minn 1.50%. Il-Mapfre Middlsea wrew l-akbar żieda ta’ 10.00%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-Eden Finance 2027, il-Virtu Finance 2027 u l-Phoenicia Finance Company 2023/28 żdiedu b’1.25%, 0.29% u 0.14% rispettivament.

Min-naħa l-oħra, il-Bortex Group Finance 2027, il-Bank of Valletta 2030 (L-ewwel serje), il-Bank of Valletta 2019 u l-Mediterranean Invesmtnets Holding 2020 naqsu b’aktar min 0.40%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu hekk kif l-Arabja Sawdija estendiet it-tnaqqis fil-produzzjoni aktar milli miftiehem għat-tieni xahar. Il-Brent żdied b’0.82% għal $66.28 u l-United States Light Crude żdied b’0.75% għal %56.49.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.25% għal $1,2195.05 kull uqija u l-fidda tilfet 0.25% ukoll għal $15.30.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet, iżda dubbji dwar l-abbilità tal-Prim Ministru Boris Johnson li jikkonvinċi lill-Franza li terġa’ tiftaħ in-negozjati dwar il-Brexit kienu mistennija jillimitaw xi żieda oħra. Iż-żieda tal-Isterlina kontra l-ewro…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Aktar