Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt

Dawn huma l-aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank

Muniti

Id-dollaru u l-ewro kienu negozjati b’kawtela llum hekk kif l-investituri ma ħadux ċansijiet jum biss qabel diskors importanti miċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell.

L-Isterlina żammet sod kontra d-dollaru Amerikan u żdiedet bi ftit kontra l-ewro, peress li l-ansjetà dwar il-Brexit żammet lill-investituri mal-ġenb.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum żdiedu bi ftit għax it-tamiet ta’ stimulu addizzjonali fil-Ġermanja u fi Franza kienu akbar mill-beżgħat dwar iż-żieda fil-każi tal-coronavirus madwar il-kontinent.

In-Nasdaq fetaħ ogħla wara aġġornamenti dwar in-negozju tajbin mill-kumpaniji Salesforce u HP Enterprise, waqt li l-S & P 500 fetaħ fuq nota kiebja wara li fit-tliet sessjonijiet li għaddew għalaq f’livelli rekord. Madankollu, id-Dow Jones tbaxxa ftit minuti wara l-ftuħ.

Shares

Is-suq lokali tal-ishma kien kwiet illum bl-RS2 Software biss tirreġistra tnaqqis ta’ 0.86%. Il-Malta Properties Company avvanzaw qrib it-2%. Il-Harvest Technology, l-HSBC Bank Malta u l-Malta International Airport kollha kienu negozjati mingħajr movement mill-aħħar sessjoni ta’ negozju fihom.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-MeDirect Bank 2022-2027 tilfu 1.96%, l-International Hotel Investments 2026 tbaxxew b’0.74%, l-International Hotel Investments 2024 għalqu negattivament b’0.30% and u t-Tumas Investments  2024 wrew tnaqqis ta’ 0.04%.

F’territorju pożittiv, kien hemm il-Mediterranean Investments Holding 2022 b’0.01%, il-Hili Finance Company 2028 b’0.20% u l-Hal Mann Vella Group  2024 marru l-aħjar b’żieda ta’ 0.49%.

Prodotti Essenzjali  

Il-prezz taż-żejt żdied lejn is-$46 kull barmil illum, qrib l-ogħla prezz minn Marzu. Il-prezz kien mgħejjun mill-għeluq tal-produzzjoni minn kumpaniji Amerikani fil-Golf tal-Messiku qabel ma jasal l-urugan Laura u wara rapport li juri tnaqqis fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat Amerikan.

Tħassib ġdid dwar il-panedmija, li naqqas id-domanda u wassal għall-inqas prezzijiet f’April, illimita ż-żidiet wara rapporti din il-ġimgħa ta’ pazjenti jerġgħu jkunu nfettati u dan qajjem tħassib dwar l-immunità futura.

Il-prezzijiet tad-deheb illum waqgħu hekk kif żdied il-valur tad-dollaru waqt li l-investituri qed jistennew id-diskors taċ-Ċermen tal-Federal Reserve għal xi ħjiel dwar il-pjan monetarju tal-bank ċentrali biex iqajjem l-ekonomija mfarrka mill-pandemija. Madankollu wara nofsinhar id-deheb rnexxielu jikseb lura t-telf.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar