Barranin
Jiżdied il-prezz taż-żejt wara l-pakkett ta’ għajnuna li tat l-Istati Uniti minħabba l-COVID-19

L-investituri fil-kambju illum marru għal muniti aktar riskjużi u l-bonds flok id-dollaru li huwa meqjus bħala munita sikura, wara li l-leġiżlaturi Amerikan ressqu pakkett imtejjeb  ta’ għajnuna minħabba il-Covid-19.

L-ewro u l-Isterlina wkoll avvanzaw hekk kif in-negozju f’Londra reġa’ fetaħ wara l-waqfa tal-Milied iżda xorta għadu jeżamina l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit li, għalkemm mhux komprensiv, evita riżiultat ta’ bla ftehim. L-investituri fl-ewro tellgħu l-valur tal-ewro għal $1.2275, mgħejun ukoll minn xnigħat ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina. L-Isterlina reġgħet ‘il fuq minn $1.35 hekk kif avvanza l-FTSE. L-indiċi tad-dollaru tbaxxa lb’0.3% qrib l-inqas livell ta’ April 2018.

Indiċi

L-ishma Ewropej estendew l-avvanz tal-aħħar tas-sena hekk kif il-ftehim dwar il-Brexit, tamiet ta’pakkett ta’ stimulu imtejjeb mill-Istati Uniti u l-programm maratona ta tilqim kontra l-Covid-19 fl-Ewropa kabbru l-prospetti għat-tkabbir ekonomiku globali s-sena d-dieħla.

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez qal li l-prodott domestiku gross tal-pajjiż mistenni li jiċkien b’aktar minn 10% din is-sena bħala konsegwenza tal-pandemija u r-restrizzjonijiet imposti. L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street fetħu f’livelli għolja record minħabba li t-tamiet qawwija li l-għajnuna fiskali ser tixpruna l-irkupru ekonomiku mmexxi mill-vaċċin kabbru s-sentiment fil-jiem finali tas-sena. Il-FTSE u t-Topix avvanzaw waqt li l-indiċi lokali tilef 1.3%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu aktarx negattivi b’aktrar ishma f’territorju negattiv u il-bidla perċedntwali ogħla minn dawk f’territorju pożittiv. Il-Medserv u l-Harvest Technology żdiedu aktar minn 2% waqt li f’territorju negattiv kien hmm l-RS2 Software bi 3%, l-HSBC b’aktar minn 4%, il-Bank of Valletta u l-Malita Investments tilfu 5%.  L-akbnar telliefa kienu l-ishma ta’ Santumas Shareholdings b’7%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu bilanċjata bl-Eden Finance b’żieda ta’ 2.3%.  Is-Central Business Centres avvanzaw b’1.5% waqt li l-iStivala Group Finance u l-SP Finance it-tnejn jimmatura fl-2029 żdiedu 1%. Bi tnaqqis ta’ bejn 1.5% u 2% kien hemm l-International Hotel Investments, il-Hili Properties u l-Medserv.

Il-prezz taż-żejt żdied hekk kif l-Istati Uniti resqin lejn espansjoni fil-ħlasijiet tal-għajnuna minħabba l-pandemija, u dan potenzjalment jista’ jixpruna d-domanda għall-fjuwil u jistimula t-tkabbir ekonomiku, li wassal biex l-investituri jieħdu aktar riskju., Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt, kemm għall-Brent kif ukoll għall-West Texas Intermediate, żdiedu b’1%. Il-fidda tilfet 1% u d-deheb ma kellu ebda bidla u baqa $1,878 kull uqija.