Jiżdied il-valur tal-Ewro

L-ewro rnexxielu jikseb ċertu saħħa u rritorna lejn territorju pożittiv mgħejun minn pressjoni ta’ bejgħ tad-dollaru.

Attwalment is-sentiment konsolidattiv fis-suq tal-bonds tal-Istati Uniti flimkien ma’ sentiment ta’ teħid ta’ prodott madwar id-dollaru sostnew it-tnaqqis kurrenti fl-indiċi tad-dollaru u dan fixkel l-irkupru.

Minkejja ż-żieda fil-valur tal-ewro, il-prospetti għall-munita unika baqa mċajpar mill-preferenza tal-investituri għad-dollaru fost ottimiżmu ġdid minħabba riżultati riċenti f’xi fatturi fundamentali u aspettativi li qed tikber li l-Federal Reserve ser inaqqas ix-xiri tal-bonds aktar tard din is-sena.

Dwar dan wieħed għad irid jara jekk iċ-ċifri tajbin ħafna tal-bejgħ bl-imnut jwasslux għal xi bidla fil-messaġġ tal-Federal Reserve wara l-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla.

Aktar tard, mistennija jitħabbru r-riżultati tal-Kont Kurrenti għal Lulju taż-żona ewro segwiti miċ-ċifri tal-inflazzjoni għaż-żona ta’ Awwissu.

L-isterlina baqgħet dgħajfa minħabba tnaqqis fis-sentiment ta’ riskju tal-investitur u fost tħassib li qed jikber dwar il-pass tal-irkupru ekonomiku globali.

Sadattant il-Ministru dwar il-Brexit, David Frost, qal li l-istatus speċjali mogħti skont il-ftehim inizjali ta’ Brexit miżmum fil-liġi Ewropea ser ikun abolit.

Il-mossa mistennija li tkabbar il-gwerra bierda bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Dan iffavorixxa lill-isterlina.

Sadanittant għalissa l-attenzjoni ddur lejn l-istatistika dwar il-bejgħ bl-imnut biex jitqies is-sentiment tas-suq.

Il-Bank of England jinsab riesaq lejn politika ta’ issikkar monetarju kif huma wkoll il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Federal Reserve tal-Istati Uniti anke jekk dawn mhumiex isejħulha hekk.

Il-prezzijiet taż-żejt West Texas Intermediate laħaq livelli ogħla lil hemm mit-$73 kmieni din il-ġimgħa.

L-azzjoni tal-bieraħ fuq il-prezzijiet waslet ma’ interessi u volumi li qed j onqsu u dan naqqas xi ftit iż-żieda u iffavorixxa xi konsolidament f’terminu fil-qrib ħafna.

Dawn huma l-aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura min BNF Bank.