Barranin
Jiżdied l-Ewro wara li l-Italja qalet li mhux se titlaq mill-Ewro

L-ewro żdied għall-ogħla livell f’ġimagħtejn wara assigurazzjoni mill-Italja li mhix ser titlaq mill-Unjoni Ewropea u dan ikkalma lill-investituri qabel laqgħa importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Ministru tal-Ekonomija Taljan qal ilbieraħ li l-Gvern ta’ koalizzjoni ġdid mhux ser jitlaq mill-Ewro jew joħroġ bonds biex iħallas lill-kumpaniji li għandhom jieħdu mingħand il-Gvern, pjan li l-investituri kienu iqisu bħala l-ewwel pass biex l-Italja toħroq mill-blokk.

Dan wassal biex l-interessi fuq is-self fl-Italja tbaxxew sewwa hekk kif l-Ewro żdied b’0.22% għal $1.1792.

L-Ewro żdied kontra l-Frank Żvizzeru wara li l-votanti ma laqgħux pjan li s-sistema finanzjarja Żvizzera tkun riformata. L-Ewro żdied ukoll b’0.49% kontra l-isterlina u 0.56% kontra l-yen.

Indiċi

 L-ishma bankarji Ewropej u l-ishma Taljani żdiedu  wara l-wegħda tal-Italja li ser tibqa fiż-żona tal-Ewro, u dan warrab it-tħassib tal-investituri li ż-żona tisfaxxa u saħħaħ is-sentiment wara l-inkwiet fil-laqgħa tal-G7.

Żdied il-prezz tal-ishma bankarji Ewropej bl-iSTOXX 50 juri żieda ta’ 0.33% waqt li l-FTSE 100 żdied b’0.58%. Id-Dax kellu żieda ta’ 0.06%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.22%.

Ishma Lokali

Il-MIDI, il-Mapfre Middlesea u l-RS2 Software kollha żdiedu bil-MIDI turi żieda ta’ 2.38%. Il-Bank of Valletta, l-HSBC Bank Malta u l-Lombard Bank Malta kollha kellhom tnaqqis ta’ aktar minn 0.80%.

Bonds Lokali

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Grand Harbour Marina, Simonds Farsons Cisk, Gasan Finance u l-MeDirect kollha żdiedu bil-Grand Harbour Marina jiżdiedu b’0.86%..

Il-Bank of Valletta 2020 tilfu 0.96%; l-International Hotel Investments 2025 tilfu 1.27% waqt li l-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje) tilfu 1.45%.

Il-prezz tal-Brent illum tilef 0.48% waqt li l-metalli prezzjużi kienu qed jigu negozjati stabbli bid-deheb jitlef 0.06% waqt li il-fidda żdiedet b’0.08%.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar