Barranin
Jiżdied l-ewro wara li naqset it-tensjoni fl-Italja

L-ewro llum żdied wara li naqset it-tensjoni politika fl-Italja u dan sostna rkupru fis-sentiment ta’ riskju hekk kif it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ekonomiji maġġuri oħrajn jidher li naqas.

Statistika dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet li kienet aħjar milli mistennija wriet is-saħħa tal-ekonomija tal-Istati Uniti u l-kważi ċertezza li l-Federal Reserve ser iżid ir-rata tal-interessi dan ix-xahjar, kif ukoll stennija dejjem tikber li din is-sena jkun erba’ żidiet, fatturi li reġgħu qajmu l-irkupru fil-munita Amerikana. Iżda b’sinjali ta’ inqas ċertezza fl-Italja hekk kif ġie ffurmat gvern, l-ewro rnexxielu jikseb xi żidiet.

L-istqarrija fi tmiem il-ġimgħa tal-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, kienet favur ċaqliq lejn Fond Monetarju Ewropew biex ikunu riżolti kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà ta’ dejn mill-gvern fiż-żona tal-ewro. Dan għen biex jikber is-sentiment fil-bidu tal-ġimgħa. L-ewro żdied nofs punt perċentwali għal $1.1736 u tbiegħed il-bogħod mill-inqas livell tal-2018 milħuq il-ġimgħa li għaddiet.

Ir-rata tal-ewro mal-isterlina wriet żieda ta’ 0.32%. L-ewro żdied 0.25% kontra l-Frank Svizzeru u 0.56% kontra l-yen.

L-indiċijiet kienu imħallta bil-FTSE 100 juri żieda ta’ 0.59%; l-iSTOXX 50 tilef 0.44%. Id-Dow Jones żdied 0.01% fil-ftuħ waqt li kien hemm żieda ta’ 1.58% fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Kienet ġurnata attiva fl-ishma lokali. L-HSBC Bank Malta kellhom l-akbar żieda dik ta’ 7.10%, il-FIMBank, l-International Hotel Investments u l-GO kollha rreġistraw żieda ta’ 4.81%, 4.76% u 2.35% rispettivament.
Il-PG tilfu 2.34%, it-Trident tilfu 1.54% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.95% fil-prezz tal-Medserv.
Local Bond

Fil-qasam tal-bonds lokali kien hemm żieda ta’ 2.27% fil-Bank of Valletta 2020 u ta’ 0.46% fil-United Finance 2023.
F’territorju negattiv kienu l-iStivala Group Finance 2027 tilfu 0.24%; il-MIDI 2026, il-Medserv 2026 u l-Von der Heyden Group Finance 2024 kollha tilfu aktar minn nofs punt perċentwali.Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum hekk kif il-produzzjoni mill-Istati Uniti laħqet livelli għolja rekord u l-membri tal-OPEC jikkunsidraw li wkoll iżidu l-provvista. Il-Brent tilef 0.78% għal $76.03 kull barmil.

Il-metalli prezzjużi kienu qed jiġu nnegozjati f’nota stabbli u d-deheb żamm mal-$1,296.80 kull uqija hekk kif id-dollaru żamm ir-rata tiegħu u t-tensjonijiet kummerċjali tal-Istati Uniti naqsu li jkabbru d-domanda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Aktar