Barranin
Jiżdiedu l-muniti wara li l-konsulent dwar il-kummerċ tal-White House iċċara xi kummenti dwar iċ-Ċina

Muniti

L-ewro u muniti oħrajn llum żdiedu wara li l-konsulent dwar il-kummerċ tal-White House Peter Navarro qal li l-kummenti tiegħu li l-ftehim kummerċjali maċ-Ċina “kien spiċċa” ittieħdu barra l-kuntest li fih intqalu. Il-munita unika ġiet sostnuta mill-attività tan-negozju fi Franza li rkuprat aktar milli kienet mistennija matul Ġunju, u irritornat lejn iż-żieda wara tliet xhur ta’ tnaqqis bla preċedenti.

Id-Dollaru Awstraljan laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa, wara li qabel kien tbaxxa u bħala riżultat il-Yen tbaxxa għall-inqas rata f’sitt ijiem. Iċ-ċaqliq bla kontroll fil-muniti tqanqal hekk kif is-suq huwa maqsum bejn tamiet ta’ ftuħ mill-ġdid tal-ekonomiji f’bosta partijiet tad-dinja u s-sinjali li l-infezzjonijiet bil-coronavirus fl-Istati Uniti qed jiżdiedu.

L-Isterlina resqet lejn l-inqas rata kontra l-ewro fi tliet xhur hekk kif l-istatistika aħjar milli mistenni mill-fabbriki ftit li xejn sostniet lill-munita, li hija primarjament milquta mill-bidliet fis-sentiment ta’ riskju globali u minn Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropej telgħu qrib l-ogħla prezzijiet f’ġimagħtejn illum, xprunati minn ishma ċikliċi wara li l-aħħar statistika ekonomika wriet li l-attività tan-negozju fil-kontinent kienet qed tirkupra aktar milli kien mistenni mill-waqgħa minħabba l-pandemija.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu mistennija jiżdiedu hekk kif l-investituri rabbew il-kuraġġ minn assigurazzjonijiet ġodda li l-ftehim kummerċjali tal-ewwel fazi maċ-Ċina ma intmessx, waqt li statistika tajba dwar l-attività tan-negozju fl-Ewropa tat prospetti sbieħ għall-istħarriġ fl-Istati Uniti li mistennija llejla.

Shares

Is-suq tal-ishma lokali llum kien negattiv hekk kif il-bidliet reġsitrati kienu kollha negattivi. Il-BMIT Technologies kienu fuq quddiem bi tnaqqis ta’ 2.86%. Il-GO tilfu 2.37%, il-Malta Properties Company u l-Malta International Airport it-tnejn naqsu b’1.72%, il-MaltaPost tbaxxew b’1.67%,l-HSBC Bank Malta tilfu 1.04% u l-Bank of Valletta tbaxxew b’0.98%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Best Deal Properties Holding 2024 tilfu 1.93%, il-Mercury Projects Finance 2027, 0.98%, l-International Hotel Investments 2024 tilfu 0.97% u l-International Hotel Investments 2026 (B) tbaxxew b’0.44%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-Mercury Projects Finance 2031 b’0.99%, l-International Hotel Investments  2026 (A) b’1.75% u l- Corinthia Finance  2026 marru l-aħjar b’żieda ta’ 2.64%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu b’sessjoni volatili wara li l-President Trump serraħ moħħ l-investituri wara l-istatus tal-ftehim kummerċjali maċ-Ċina. Is-swieq kienu inkwetati b’kummenti sorprendenti mill-konsulent tal-White House Peter Navarro li qal li l-ftheim maċ-Ċina kien “spiċċa”.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu ukoll sostnuti minn statistika li wriet li l-ekonomija fiż-żona ewro marret ‘il quddiem dan ix-xahar hekk kif in-negozji bdew mill-ġdid l-attività madwar ir-reġjun.

Il-prezzijiet tad-deheb żammew qrib l-ogħla livell f’xahar milħuq fis-sessjoni ta’ qabel, hekk kif żieda fl-infezzjonijiet tal-coronavirus qajmet tħassib dwar it-tieni mewġa tal-pandemija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar