Barranin
Jiżdiedu l-prezzijiet taż-żejt u tad-deheb

L-ewro żdied, mgħejun mill-aħbar dwar domanda li qed tikber għall-munita unika fil-pjani tal-banek Ġappuniżi għal xiri ta’ negozju ta’ bosta biljuni minn bank Ċermaniż. L-ewro żdied b’0.29% kontra d-dollaru għal $1.12860.

L-ewro żdied ukoll 0.24% kontra l-Isterlina; 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.20% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.45% kontra l-Yen u 0.21% kontra l-Frank Żvizzeru.

L-ishma globali tħabtu biex isibu direzzjoni u l-bonds tat-Teżor żammew sod mad-dollaru hekk kif l-investituri wrew kawtela qabel ma jibda l-istaġun tat-tħabbir tar-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji. Il-FTSE 100 tilef 0.05%; l-iSTOXX 50 żdied b’0.31%; id-DAX b’0.25% u l-CAC 40 b’0.66%.

Il-prezz taż-żejt żdied bil-Brent jitla’ b’0.34% għal $71.06 kull barmil waqt li l-United States West Texas Intermediate b’0.41% għal $63.84.

Il-prezz tad-deheb żdied b’0.07% għal $1,293.44. Il-fidda wriet żieda b’0.12% għal $14.98930.

Matul il-ġimgħa d-dieħla ser ikun hemm diversi avvenimenti finanzjari. Nhar it-Tnejn ir-Reserve Bank of Australia jippubblika l-minuti tal-laqgħa tal-bank tad-diretturi.

Nhar it-Tlieta mir-Renju Unit ikunu ppublikati l-indiċi dwar id-dħul medju u l-bonus u ċ-ċifra tal-qgħad fir-Renju Unit.

Nhar l-Erbgħa, mir-Renju Unit, miż-żona tal-ewro u mill-Kanada joħorġu l-indiċijiet tal-prezzijiet għal konsumatur. Ikun hemm stqarrija mill-Gvernatur tal-Bank of England Carney; l-inventarju taż-żejt mill-Istati Uniti u l-bidla fl-għadd ta’ impjiegi fl-Awstralja.

Nhar il-Ħamis ikunu pubblikati fil-Ġermanja ċ-ċifri dwar il-manifattura; mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit il-bejgħ bl-imnut waqt li mill-Istati Uniti wkoll jinħarġu ċifri dwar il-manifattura bil-Kanada tippublika ċ-ċifri dwar il-bejgħ bl-imnut.

Nhar il-Ġimgħa mill-Istati Uniti toħroġ iċ-ċifra tal-permessi tal-bini maħruġa matul Marzu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina tilfet 0.5% għall-inqas rata tal-jum, wara li l-editur politiku tal-BBC kkwota sors li qal li l-Gvern jirtira l-leġiżlazzjoni dwar Brexit u jaħdem għall-elezzjoni ġenerali, jekk il-Parlament jivvota kontra…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien riesaq lejn l-agħar xahar minn Jannar tal-2018 hekk ottimiżmu dwar il-Brexit xpruna lill-Isterlina għall-ogħla rata f’ħames xhur u nofs kontra d-dollaru u żamm lill-ewro fit-triq tajba ta’…

Barranin

Muniti L-ewro tela’ għall-ogħla livell kontra d-dollaru fi kważi xahrejn wara li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit laħqu ftehim dwar il-ħruġ mill-Unjoni. Għalkemm il-ftehim għad irid jiġi rratifikat mill-Parlament Ingliż,…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ…

Aktar