Barranin, Lokali
Jiżdiedu l-prezzijiet taż-żejt u tad-deheb

Muniti  

Id-Dollaru Amerikan illum tbaxxa wara li kellu l-aħjar ġimgħa din is-sena għax l-investituri ħadu l-profitt u saru aktar kawti minħabba l-aħbar li dak li kien il-Manager tal-kampanja elettorali tal-President Amerikan Donald Trump għandu quddiemu akkużi ta’ kumplott kontra l-Istati Uniti.

L-Isterlina ssaħħet kontra d-Dollaru llum, għax l-investituri qed jistennew il-laqgħa tal-Bank of England dwar il-politika monetarja aktar tard din il-ġimgħa li huma jistennew li ser tapprova l-ewwel żieda fir-rati tal-interess f’aktar minn 10 snin.

Indiċi

L-istokks illum kienu baxxi għax l-investituri qed jistennew min ser ikun il-President il-ġdid tal-Federal Reserve. Bħala riżultat, id-Dow Jones fetaħ 0.08% inqas. L-indiċijiet Ewropej, l-iSTOXX 50, id-DAX u kl-CAC 40 żdiedu b’0.27%, 0.14% u 0.06%  rispettivament.

Isħma Lokali

Kien hemm bosta movimenti llum fil-Borża ta’ Malta. Il-MaltaPost u l-MIDI kienu fuq quddiem b’żidiet ta’ 1.41% u 0.31% rispettivament. Il-Lombard Bank Malta u l-Malita Investments tilfu 4.30% u 6.13% rispettivament.

Bonds Lokali

Anke fis-sessjoni tal-bonds lokali kien hemm bosta ċaqlieq. L-SD Finance 2027, il-Van Der Heyden Group Finance 2024 u Simonds Farsons Cisk 2027 kienu fuq quddiem b’żidiet ta’ 0.77%, 0.61% u 0.48% rispettivamwent.

Indikaturi Ekonomiċi

L-inflazzjoni annwali fil-Ġermanja naqset matul Ottubru u baqgħet taħt il-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew u dan ta appoġġ għad-deċiżjoni tal-Bank li jnaqqas bil-mod l-istimulu monetarju. Il-prezzijiet għall-konsumatur jitqabblu ma’ dawk ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn, tant li żdiedu b’1.5% f’sena wara żieda ta’ 1.8% f’Settembru. Skond l-Uffiċċju Federali tal-Istatistika, il-prezzijiet tbaxxew 0.1% matul Ottubru.  Il-fiduċja tal-konsumatur madwar iż-żona tal-Ewro ma inbidlitx u baqgħet 1 taħt iż-żero.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt mhux maħdum Brent qabeż is-$60 kull barmil għall-ewwel darba min-nofs l-2015, mgħejjun mill-prospetti ta’ tmiem ta’ tliet snin ta’ provvista qawwija żejda li farrket il-prezzijiet, sparixxiet biljuni mill-baġits tal-esplorazzjoni u għafset l-esportaturi ewlenin.

Il-prezz tad-deheb issoda llum qabel sensiela ta’ laqgħat tal-bank ċentrali u l-aħbar mistennija mingħand il-President Trump tal-ħatra tal-President li jmiss tal-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru Amerikan daħal f’firxa dejqa illum wara iż-żidiet qawwija ta’ dan l-aħħar hekk kif il-Federal Reserve qed iħejji għal-laqgħa ta’ jumejn li fiha huwa mistenni li jżid…

Barranin, Lokali

Muniti kontra l-ewro Id-dollaru llum tbaxxa kontra l-yen wara li l-Pulizija ta’ New York qalu li rċevew rapporti ta’ splużjoni f’nofs Manhattan. L-isterlina ssodat wara li nhar il-Ġimgħa kellha l-akbar…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru tbaxxa kontra l-yen f’ġurnata kwieta għas-swieq illum, bis-sentiment għar-riskju mnaqqas minħabba li tħassib dwar il-possibilità tal-għeluq tad-dipartiment tal-Gvern Amerikan warrab l-ottimiżmu dwar il-progress fuq il-leġiżlazzjoni fiskali….

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-isterlina llum telgħet għall-ogħla rata kontra l-ewro wara li membru tal-grupp Brexit tal-Parlament Ewropew qal li “hemm ċans tajjeb ħafna” ta’ ftehim dwar il-pakkett inizjali biex ir-Renju…

Aktar