Lokali
Jogħla d-dollaru u jitbaxxew l-ewro u l-isterlina

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu u tilwim diplomatiku.

L-ewro tbaxxa għall-inqas rata minn Lulju 2017, waqt li l-isterlina tbaxxiet għall-inqas livell f’sena fost spekulazzjoni li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim dwar ir-relazzjoni futura tiegħu mal-Unjoni.

L-ewro tilef 0.55% fin-negozju bikri kontra d-dollaru; 0.26% kontra l-Isterlina; 0.81% kontra l-Yen u 0.36% kontra l-Frank Żvizzeru.

L-indiċi Ewropej fetħu kollha f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tilef 0.54%; l-iSTOXX 50, 0.90%; id-DAX 0.76% u l-CAC 40 b’0.90%.

Il-prezzijiet taż-żejt naqsu llum wara tħassib li t-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser twaqqaf it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għall-fjuwil, anke hekk kif is-sanzjonijiet ġodda tal-Istati Uniti kontra l-Iran mistennija jnaqqsu l-provvisti.

Iż-żejt Brent tilef 0.46% għal kważi $72 waqt li l-U.S. Light crude tilef 0.52% għal $66.

Id-deheb naqas b’0.41% għal $1,200 kull uqija waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.11% fil-prezz tal-fidda li tbaxxa għal $15.

Matul il-ġimgħa d-dieħla mistennija li toħroġ ir-rata ta’ inflazzjoni mir-Renju Unit, l-Ewropa u l-Kanada. Barra dan ser joħorġu ukoll ir-rati tal-qgħad mir-Renju Unit, l-Awstralja u l-Kanada.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Barranin

L-ewro tilef kontra d-Dollaru Amerikan wara erbat ijiem infila ta’ żidiet. Il-munita tilfet 0.02% għal $1.1300. L-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur fil-Ġermanja żdiedet b’0.4% fi Frar wara tnaqqis ta’0.5% xahar qabel. Fl-Istati…

Aktar