Barranin
Jogħlew id-dollaru u l-istokks wara r-reazzjoni meqjusa tal-Istati Uniti

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro llum waqa’ taħt $1.20, hekk kif l-investituri qed jitħassbu li l-irkupru tal-munita unika, li matulu żdiedet bi kważi 14% mill-bidu tas-sena, jista’ jkun qed jonqos. Id-dollaru tela’ mill-inqas rata f’sentejn u nofs u l-istokks madwar id-dinja għolew wara li t-tweġiba meqjusa tal-Istati Uniti għat-test missilistiku tal-Korea ta Fuq naqqset it-tensjoni fost l-investituri li tefgħu l-attenzjoni tagħhom lejn statistika ekonomika pożittiva. L-isterlina llum tbaxxiet wara li waqgħet għall-inqas rata fi 11-il xahar kontra l-ewro fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-investituri ftit kellhom interess li jinnegozjaw l-Isterlina waqt in-negozjati li għaddejjin dwar il-Brexit.

Indiċi

Id-Dow Jones ftit li xejn inbidel wara l-ftuħ tas-sessjoni. L-ishma Ewropej irkupraw wara li naqset it-tensjoni dwar il-Korea ta’ Fuq u kiber is-sentiment favur ir-riskju. Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50, id-DAX u CAC 40 żdiedu b’0.47%, 0.53%, 0.57% u 0.52% rispettivament.

Ishma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma llum kien mħallat bil-Bank of Valletta jonqsu b’ 2.29%.

Bonds lokali

Anke s-sessjoni tal-bonds lokali kienet imħallta bl-akbar ċaqliq fis-Central Business Centres 2021 li tilfu 2.35%.

Indikaturi Ekonomiċi

Is-sentiment ekonomiku fiż-żona tal-ewro tela’ aktar milli kien mistenni matul Awwissu minħabba aktar ottimiżmu fis-setturi tal-industrija u tas-servizzi u fost il-konumaturi. L-indiċi tas-sentiment ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea tela’ għal 111.9 f’Awwissu minn 111.3 f’Lulju li ċ-ċifra tiegħu kienet riveduta ‘il fuq. Iċ-ċifra għal Awwissu kienet aktar minn dik tal-ekonomisti li kienet 111.3.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt mhux maħdum u tal-petrol lahqu l-ogħla livell minn nofs l-2015 hekk kif l-għarghar u l-ħsara mill-maltempata tropikali Harvey għalqu aktar minn waħda minn kull ħames raffineriji, u u dan naqqas id-domanda għaż-żejt mhux maħdum waqt li kiber ir-riskju ta’ nuqqas ta’ fjuwil. Il-prezz tad-deheb illum stabilizza ruħu wara li laħaq l-ogħla livell f’disa’ xhur u nofs fis-sessjoni ta’ qabel wara li l-Korea ta’ Fuq sparat missila li għaddiet minn fuq i-Ġappun, iżda baqa ‘il fuq mill-$1,300 kull uqija b’żidiet mistennija fil-qrib.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Aktar