Barranin
Jogħla l-ewro riżultat tal-ftehim dwar il-fond ta’ rkupru tal-UE

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet  finanzjarji miġbura minn BNF Bank.

Muniti

Id-dollaru Amerikan tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ xhur kontra grupp ta’ muniti rivali u l-yuan Ċiniż irkupra parzjalment mit-telf bikri, hekk kif l-investituri  addottaw atteġjament ta’ stennija dwar it-tensjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

L-ewro issarraf f’$1.1581, ftit inqas mill-ogħla livell f’21 xahar ta’ $1.1601 milħuq kmieni din il-ġimgħa wara li l-mexxejja Ewropej laħqu ftehim dwar fond ta’ rkupru, madakollu huma irtiraw wara nofsinhar u ma kien hemm ebda żieda. Id-dollaru Awstraljan irtira mill-ogħla livell fi 15-il xahar ta’ madwar $0.7128  kontra dak Amerikan u tilef 0.50% kontra l-ewro.

L-Isterlina stabilizzat bir-rata ta’ $1.27 fl-aħħar jum tan-negozjati ta Brexit, bl-investituri jistennew l-aħbarijiet li jistgħu jitfgħu xi ftit dawl dwar jekk ir-Renju Unit item il-perjodu ta’ transizzjoni bi ftehim fi tmiem is-sena. L-Isterlina tilef 0.1% għal $1.2716 u 0.3% kontra l-ewro għal 91.17 pence.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum, għax l-investituri ftit taw kas it-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u ffokaw fuq rapporti finanzjarji aħjar milli mistenni minn kumpaniji bħal Uniliver, Daimler u Publicis.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street tilfu fil-ftuħ għax statistika wriet li n-numru ta’ Amerikani jirreġistraw għax-xogħol żdied il-ġimgħa li għaddiet għall-ewwel darba fi kważi erba’ xhur, li juri li l-irkupru fis-suq tax-xogħol waqaf.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GO kellhom l-akbar tnaqqis u għalqu bil-prezz ta’ €3.36 kull sehem bi tnaqqis ta’ 2.33% segwiti mill-RS2 Software li tbaxxew b’0.85%.

Fin-naħa pożittiva, il-Malta International Airport żdiedu b’0.89%, il-Bank of Valletta b’1.05% u l-BMIT Technologies marru l-aħjar b’żieda ta’ 1.26%.

Il-Lombard Bank Malta għalqu is-sessjoni bil-rpezz ta’ €2.06 u l-PG bil-€1.90, bla ebda movement fil-prezz.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-Eden Finance  2027 tilfu 2.43%, is- 6PM Holdings  2025 b’1.48% u l-International Hotel Investments  2026 b’0.49%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-GAP Group 2023 b’0.01%, il-Premier Capital  2026 b’0.25%, l-iStivala Group Finance 2027 b’1.55% u l-aħjar li marru kienu l-International Hotel Investments  2025 bi 2%.

Prodotti Essenzjali 

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew għax dollaru aktar dgħajjef, li s-soltu jixpruna l-prezzijiet, kien mgħelub minn tħassib dwar iż-żieda fil-ħażniet Amerikani u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus.  Il-ħażniet Amerikani żdied bla mistenni u d-domanda għall-fjuwil waqgħet hekk kif żieda qawwija fil-każi ta’ coronavirus qed tolqot il-konsum.

Id-deheb żdied għal ħames sessjoni infila illum u laħaq l-ogħla prezz f’disa snin għax t-tensjoni li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kabbret is-sentiment favur id-deheb. B’sostenn għad-deheb, kien hemm ukoll  il-waqgħa fl-indiċi tad-dollaru. Aspettattivi ta sensiela oħra ta stimulu fl-Istati Uniti għenu ukoll lid-deheb għax huwa magħruf li huwa garanzija kontra l-inflazzjoni u l-waqgħa fil-muniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar