Barranin
Jogħla l-prezz tad-deheb

Id-dollaru tbaxxa llum hekk kif l-ottimiżmu dwar il-ftehim ta’ tmiem il-ġimgħa bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tbaxxa, waqt li d-dollaru Awstraljan issaħħaħ wara li l-bank ċentrali naqqas ir-rati tal-interessi kif mistenni iżda wera prospetti aktar bilanċjati.

L-ewro ħa spinta qasira wara li rapporti fil-midja qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew mhuwa f’ebda għaġġla li jbaxxi r-rati tal-interess fil-laqgħa ta Lulju. Il-munita unika avvanżat sa 0.7% kontra d-dollaru wara li rtirat biex baqgħet b’żieda ta’ 0.1%.

Għalkemm uffiċjali tal-bank ċentrali huma maqsuma dwar iż-żmien ta’ mossa oħra fil-politika monetarja, analisti tas-swieq jaħsbu li l-bank ċentrali Ewropew ser ibaxxi r-rati aktar tard dan ix-xahar, minħabba il-waqgħa fid-dħul tal-bonds mondjali.

Indiċi

L-ishma Ewropew kienu negozjati b’kawtela wara li l-President Trump qal li t-taħditiet maċ-Ċina diġà bdew. L-iSTOXX 50 żdied b’0.13% waranofsinhar.

Id-Dow Jones tilef 41 punt waqt li l-SD & P 500 u n-Nasdaq baqgħu qrib il-livell kritiku. Il-gvern Amerikan llum hedded li jimponi tariffi fuq $4 biljun ta’ prodotti oħra mill-Unjoni Ewropea minħabba it-tilwima dwar is-sussidji fuq l-ajruplani.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, Il-BMIT Technologies kellhom l–akbar żieda ta’ 2.80%, segwiti minn RS2 Software b’1.89%. il-Bank of Valletta tilfu 0.87% u l-HSBC Bank Malta rreġistra tnaqqis ta’ 0.62%.

Diversi ishma baqgħu bla bidla fosthom il-GO, l-International Hotel Investments u l-MIDI.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Mercury Projects Finance 2031 tilfu 2.54%, il-Mercury Projects Finance 2027 tilfu 0.72% u l-International Hotel Investments 2024 u t-Tum Finance 2029 għalqu ftit inqas b’0.05% u 0.03%. Il-Mercury Projects Finance 2027 avvanzaw ui għalqu €104.80.

L-OPEC u l-alleati mmexxija mir-Russja qablu li jestendu t-tnaqqis fil-produzzjoni sa Marzu 2020 biex isostnu l-prezzijiet hekk kif qed tbati l-ekonomija dinjija u tikber il-produzzjoni mill-Istati Uniti.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew illum wara li kellhom l-aktar waqgħa perċentwali f’sentejn u nofs hekk kif is-sentiment ta’ riskju tbaxxa minħabba t-tħassib dwar it-tkabbir globali u invcertezzi dwar ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar