Jogħla l-prezz tad-deheb

Id-dollaru żdied lejn l-ogħla rata fi tmien xhur kontra l-yen wara statistika tajba ferm dwar il-bejgħ bl-imnut u l-impjiegi fl-Istati Uniti, waqt li l-yuan ngħata spinta hekk kif tjieb is-sentiment ekonomiku Ċiniż wara l-ftehim mal-Istati Uniti.

Id-dollaru tela’ sa 110.305 yen l-aħjar minn Mejju 2019 u b’hekk estenda l-irkupru tiegħu mir-rata ta’ 107.65, l-inqas fi tliet xhur, milħuqa nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet. Il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti żdied matul Diċembru għat-tielet xahar infila u n-numru ta’ Amerikani li applikaw għal benefiċju tal-qghad il-ġimgħa li għaddiet tbaxxa għall-ħames ġimgħa konsekuttiva, indikazzjoni li is-suq tax-xogħol baqa’ b’saħħtu.

L-indiċi tad-dollaru, li jsegwi s-saħħa tal-munita kontra grupp ta’ sitt muniti ewlenin, ftit inbidel għal 97,322 hekk kif il-muniti l-oħra ftit li xejn għamlu movement. L-ewro ma inbidilx għal $1.1133 waqt li l-Isterlina ftit iċaqilqet f’$1.3035.

L-ishma fl-Ewropa llum laħqu livell għoli record wara li l-Kummissarju għall-Kummerċ tal-UE Phil Hogan tkellem b’mod pożittiv dwar taħditiet mal-Gvern Amerikan, ui b’hekk taffa t-tħassib dwar il-possibiltà ta’ eskalazzjoni fit-tensjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ naħat.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu stabbli hekk kif rapporti ta’ tkabbir ekonomiku kajman fiċ-Ċina, l-akbar importatur taż-żejt fid-dinja, qajjem tħassib dwar id-domanda għall-fjuwil li bbilanċjat l-ottimiżmu mill-ftehim mal-Istati Uniti. Skont statistika mill-Gvern Ċiniż, din it-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja żdied b’6.1% matul l-2019, l-inqas espansjoni f’29 sena.

Il-prezz bil-quddiem tal-Brent żdied 12-il cent għal $64.74 wara I ilbieraħ żdied kważi 1%. Il-United States West Texas Intermediate żdied 11-il cent għal $58.63 wara li wkoll żdied aktar minn 1% fis-sessjoni preċedenti. Il-prezz żdied ilbierah wara l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Domanda qawwija għaż-żejt kif jidher miċ-ċifri tar-raffineriji bbilanċjat ċifri mhux daqstant sbieħ għall-ekonomija. Fl-2019, ir-raffineriji Ċiniżi pproċessaw 651.98 miljun tunnelata ta’ żejt mhux raffinat, żieda ta’ 7.6% mill-2018. Ir-raffinar ukoll kellu wkoll xahar rekord matul Diċembru.

L-Aġenzija Internazzjoniali tal-Enerġija offriet prospett ftit li xejn ħażin dwar id-domanda għaż-żejt matul din is-sena. Il-provvista mill-OPEC ser tkun akbar mid-domanda anke jekk l-istati membri tal-OPEC jikkonformaw bis-sħiħ mal-ftehim maqbul mar-Russja u produtturi oħra

Il-Ministru tal-Enerġija tal-Emirati Għarab Magħquda qal din il-ġimgħa li huwa jistenna laqgħa pożittiv meta l-OPEC u l-alleati jiltaqgħu f’Marzu.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew llum f’firxa dejqa hekk kif l-investituri qagħdu lura fl-assenza ta’ aħbarijiet importanti. Id-deheb madankollu, kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’xahrejn hekk kif il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kabbhar is-sentiment lejn assi riskjużi.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro tbaxxa qrib id-$1.08 u d-Dollaru Awstraljan tbaxxa għall-inqas rata fi 11-il sena hekk kif l-imxija tal-coronavirus barra ċ-Ċina qed twassal għal biża’ ta’ pandemija u wasslet biex investiture jmorru…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Aktar