Jogħla l-prezz tad-deheb fl-isfond ta’ dubji dwar il-ftehim kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti

L-ewro żammet soda kontra d-dollaru Amerikan illum it-Tnejn wara livelli baxxi hekk kif id-dollaru żamm il-qligħ tiegħu minħabba ottimiżmu dwar il-possibbiltà li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jnaqqsu t-tariffi li xekklu t-tkabbir globali.

Uffiċjali miż-żewġ pajjiżi il-ġimgħa li għaddiet qalu li kien intlaħaq ftehim dwar it-treġġigħ lura ta’ tariffi li kienu ddaħħlu b’pika bħala parti minn ftehim preliminari, li għad irid jiġi finalizzat, bl-għan li tintemm il-gwerra kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Għalkemm dan kien aktar tard miċħud mill-President Amerikan Donald Trump nhar il-Ġimgħa, huwa ma ċaħadx ftehim u l-limitu tat-Teżor tal-Istati Uniti baqa’ fuq livell tajjeb ta’ 1.9% biex saħħaħ il-munita.

L-ewro ġie negozjat għal $1.1035 kontra d-dollaru Amerikan. Livell baxx imma mhux bogħod minn dak tal-15 t’Ottubru ta’ $1.10165 li reġa’ ntlaħaq nhar il-Ġimgħa.

Indiċi

L-ishma Ewropej niżlu għat-tieni sessjoni konsekuttiva hekk kif eskalaw il-protesti f’Hong Kong, l-elezzjoni ta’ Spanja kienet inkonklussiva u t-twissija ta’ Moody’s dwar id-dejn sovran tar-Renju Unit taw bidu kemmxejn kiebi għal din il-ġimgħa.

L-istokks tal-Istati Uniti fetħu f’livell aktar baxx illum hekk kif kummenti mill-President Donald Trump waqqgħu l-aspettattivi dwar ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet taż-żejt niżlu llum wara li l-President Amerikan Donald Trump deher li qiegħed jiċħad rapport ta’ treġġigħ imminenti tat-tariffi fil-gwerra kummerċjali li issa ilha għaddejja bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-prezz taż-żejt Brent niżel 48 ċenteżmu għal $62.03 kull barmil. Il-kuntratt ra żieda ta’ 1.3% il-ġimgħa li għaddiet.

Iż-żejt mhux maħdum tal-Istati Uniti kien 59 ċenteżmu inqas għal $56.65 kull barmil wara li tela’ 1.9% il-ġimgħa li għaddiet. Trump is-Sibt qal li t-taħdidiet maċ-Ċina kienu mexjin sew iżda li l-Istati Uniti kienu se jilħqu ftehim biss jekk dan ikun tajjeb għall-Amerka..

Il-prezz tad-deheb tela’ nhar it-Tnejn fost dubji ġodda dwar jekk iċ-Ċina u l-Istati Uniti hux se jilħqu ftehim kummerċjali filwaqt li bidu dgħajjef din il-ġimgħa fl-ishma xekkel l-aptit għar-riskju wara tmiem il-ġimgħa ta’ protesti vjolenti f’Hong Kong.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar