Barranin
Jogħla l-prezz tad-deheb u jitbaxxa d-dollaru minħabba l-qgħad fl-Istati Uniti

Muniti

Id-dollaru tilef llum hekk kif l-investituri sfidaw is-sentiment ikrah dwar l-istatistika tal-qgħad fl-Istati Uniti u  xtraw muniti aktar riskjużi b’aktar gvernijiet jiftħu bil-mod il-mod l-ekonomiji tagħhom. Is-sentiment kien mgħejun wara li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qalu li n-negozjaturi kummerċjali tagħhom kellhom telefonata u ftehim li jsaħħu il-kooperazzjoni kfil-qasam kummerċjali u tas-saħħa tagħhom. It-taħditiet saru hekk kif faqqghu tensjonijiet bejn Washington u Beijing fil-jiem li għaddew dwar l-origini tal-koronavirus.

L-Isterlina lbieraħ tbaxxiet għall-inqas rata f’16-il jum kontra d-dollaru minkejja serħan qasir wara li l-istqarrija dwar il-politika monetarja tal-Bank of England, iddominata minn inċertezza dwar kif ir-Renju Unit ser jiftaħ l-ekonomija wara l-koronavirus u Brexit.

Ir-Renju Unit qed jimxi aktar bil-mod minn pajjiżi oħra Ewropej biex iħabbar il-pjani dwar it-tnaqqis tal-miżuri, li huwa meqjus bħala riskju għall-isterlina. Dehru ukoll għall-investituri r-riskji relatati ma’ Brexit bir-Renju Unit jinsisti li mhux ser jitlob estensjoni għall-perjodu ta’ trażizzjoni, li mistenni jintem f’Diċembru li ġej, jintlaħaq jew le ftehim kummerċjali bejn iż-żewġ naħat.

Indiċi

Kien hemm żieda fil-prezz tal-ishma Asjatiċi llum anke minħabba l-aħbar tat-telefonata bejn l-uffiċjali Ċiniżi u Amerikani li qajmet tamiet li t-tensjonijiet kummerċjali qed jonqsu. B’hekk l-attenzjoni intefgħet fuq l-istatistika li kienet mistennija turi li l-ekonomija Amerikana tilfet l-akbar għadd ta’ impjiegi mid-Dipressjoni l-Kbira.

L-ishma fl-Ewropa dehru li ser ikomplu tajjeb, bil-Euro Stoxx 50, id-DAX u l-CAC 40 kollha jiżdiedu b’aktar minn 0.80% fi tmiem il-jum. L-ishma Ewropej żammew qrib l-ogħla prezzijiet għal xahrejn matul l-aħħar ġimgħat, iżda tħabtu biex joħorġu mill-firxa tagħhom hekk kif l-aħbarijiet dwar il-virus u t-tħeddida ta tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina rriżultaw f’kawtela.

Is-swieq tal-bonds ssaħħew din il-ġimgħa, u r-redditi tal-bonds Amerikani żdied wara li d-Dipartiment tat-Teżor ħabbar li ser jintroduċi l-bonds ta’ 20 sena u li mistenni jissellef kważi €3  triljun fit-tieni tliet xhur tas-sena. Iżda r-redditi lbieraħ tbaxxew mil-ogħla prezzijiet fi tliet ġimgħat hekk kif investituri studjaw iż-żieda fil-provvista tal-bonds u hekk kif x’uħud raw prospetti baxxi għall-ekonomija hekk kif din ħierġa mill-koronavirus.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum hekk kif diversi pajjiżi inklużi l-Awstralja komplew bil-pjani li jnaqqsu l-miżuri ekonomiċi u soċjali imposti minħabbna l-koronavirus, u dan qajjem tamiet fis-swieq għal żieda fid-domanda għaż-żejt mhux raffinat uj l-prodotti taż-żejt.

Kemm il-Brent kif ukoll l-United States West Texas Intermediate resqin lejn it-tieni ġimgħa ta’ żieda wara l-prezzijiet baxxi ta’ April, meta ż-żejt Amerikan waqa taħt iż-żero, bil-Brent juri żieda ta’ madwar 15% din il-ġimgħa u l-West Texas aktar minn 24%.

Id-deheb kien qrib l-ogħla prezzijiet f’ġimagħtejn milħuq fis-sessjoni preċedenti hekk kif l-investituti stennew ir-rapport dwar l-impjiegi mill-Istati Uniti biex jistudjaw is-saħħa tal-ekonomija wara li indikaturi ekonomiċi ħżiena kabbru l-prospett ta’ aktar tnaqqis fir-rati mill-Federal Reserve.

Id-deheb ilbierah żdied madwar 2% minħabba statistika ekonomika kerha mill-Istati Uniti, li flimkien ma’ inċertezzi dwar l-irkupru ekonomiku globali u r-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, tellgħu l-prezz tad-deheb għal din il-ġimgħa b’0.9%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar