Barranin
Jogħla l-prezz tad-deheb u jitbaxxa tal-fidda

Id-Dollaru żdied hekk kif kiber it-tħassib li l-President Trump jimponi tariffi fuq aktar prodotti Ċiniżi.

Trump jista’ jimponi tariffi fuq $200 biljun ta’ importazzjoni miċ-Ċina hekk kif għada jintemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, għalkemm għadu mhux magħruf meta dan ser iseħħ.

Investituri b’moħħhom fuq l-iskadenza tal-konsultazzjoni baqgħu leali lejn id-Dollaru u l-munita kisbet żidiet kontra r-rivali maġġuri bħall-Ewro u l-Isterlina.

Id-Dollaru kiseb ukoll sostenn minn indikaturi tajbin li jsaħħu l-każ ta’ aktar żidiet fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve.

L-Ewro wera żieda ta’ 0.02% għal $1.1583. Huwa żdied wkoll 0.27% kontra l-Isterlina; 0.06% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.09% kontra l-Yen u 0.03% kontra l-Frank Żvizzeru. Madankollu tilef 0.03% kontra d-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

L-ishma Ewropew kienu baxxi hekk kif it-tensjonijiet dwar il-kummerrċ u t-tħassib dwar il-muniti tas-swieq emerġenti naqqsu s-sentiment tal-investitur għar-riskju.

Il-FTSE 100 tilef 0.38%; l-iSTOXX 50, 0.75%; id-DAX, 0.71% u l-CAC 40 b’1.01%.

Id-Dow Jones tbaxxa 0.02% mal-ftuħ waqt li kien hemm żieda ta’ 0.339% fil-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-MIDI, il-FIMBank, il-GO u l-Bank of Valletta kellhom żieda ta’ aktar minn 0.60% bil-MIDI jiżdied bi 2.70% għal €0.57.  Il-Mapfre Middlesea tilfu 2.15% għal €1.82.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, is-6PM Holdings 2025, il-Pendergardens Developments 2020, l-Exalco Finance 2028 u l-Hili Finance Company 2028 żdiedu b’aktar minn 0.10% bis-6PM Holdings jiżdiedu bi 3.09%.

Il-Pendergardens Developments 2022, il-GAP Group 2023 u l-MIDI 2026 tilfu 0.23%, 0.24% u 1.92% rispettivament.

Is-Segretarju Ġenerali tal-OPEC, Mohammad Barkindo qal li l-konsum mondjali taż-żejt ser jilħaq il-100 miljun barmil kuljum aktar tard din is-sena, “ferm qabel” milli kien prospettat.

L-OPEC u produtturi oħrajn immexxija mir-Russja bdew inaqqsu 1.8 miljun barmil kuljum biex inaqqsu l-provvista u jżidu l-prezzijiet li fl-2016 waqt għall-inqas livell tagħhom f’aktar minn 10 snin.

Kemm ir-Russja kif ukoll l-mexxej tal-OPEC, l-Għarabja Sawdija, tkellmu dwar il-ħtieġa ta’ żieda gradwali fil-produzzjoni għax il-għan li titnaqqas il-provvista żejda nkiseb u s-suq jinsab ibbilanċjat.

Il-maltempata tropikali li qed tolqot il-kosta Amerikana naqset mis-saħħa tagħhom u tbegħdet mill-inħawi produtturi taż-żejt, u b’hekk naqas it-tħassib dwar il-provvista.

Il-Brent tbaxxa b’0.60% għal €77.39 waqt li l-U.S. Light crude tbaxxa b’1.35% għal $68.93.

Il-prezz tad-deheb żdied b’0.24% għal $1,194.55 kull uqija bil-prezz tal-fidda jitbaxxa b’0.18% għal $14.15 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro żdied minkejja li uffiċjal tal-Bank Ċentrali Ewropew ma tax importanza għall-kummenti tal-President tal-Bank, Mario Draghi, jum qabel dwar inflazzjoni “relattivament vigoruża”. Id-Dollaru żamm sod f’negozju Ewropew ġeneralment kwiet hekk…

Barranin

Muniti Id-Dollaru tbaxxa, u tilef iż-żidiet bikrin, hekk kif l-investituri ttamaw għal ħjiel ġodda biex jestendu l-irkupru tad-Dollaru, li ilu sejjer ix-xhur, qabel ma jkun hemm iż-żieda mistennija fir-rati tal-interessi…

Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Aktar