Barranin
Jogħla l-prezz taż-żejt bid-dikjarazzjoni ta’ Trump fuq is-Sirja

Id-dollaru laħaq l-ogħla rata f’sitt ġimgħat kontra l-Yen illum hekk kif naqset il-kawtela dwar intervent militari mill-Punent fuq is-Sirja bl-investituri qed jistennew rapporti finanzjarji tajbin minn kumpaniji Amerikani.

Id-dgħufija tal-Yen, meqjus bħala munita sigura, tissuġġerixxi li żdied is-sentiment ta’ riskju wara ġimgħa li fiha t-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-possibbiltà ta’ attakk bil-missili mmexxi mill-Istati Uniti fuq is-Sirja laqtu sewwa lis-swieq finanzjarji.

Id-Dollaru Awstraljan li huwa sensittiv għall-bidliet fis-sentiment tar-riskju, tilef nofs fil-mija. L-Ewro ma kellu ebda bidla wara li tilef 0.3% fil-jum ta’ qabel li temm erbat ijiem ta’ żieda.

L-ishma tbaxxew b’20% u ġibdu ‘l isfel il-FTSE. Il-kumpanija li tmexxi l-London Stock Exchange Group Plc ħatret lil David Schwimmer minn Goldman Sachs bħala Kap Eżekuttiv mill-1 ta’ Awwissu.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, biex resqu lejn l-akbar żieda f’ġimgħa minn Ġunju wara l-kummenti tal-President Trump dwar il-possibbiltà ta’ azzjoni militari kontra s-Sirja u rapporti li naqsu l-ħażniet globali taż-żejt.

Il-Brent żdied b’44 cent għal $72.46 kull barmil li jfisser żieda ta’ kważi 8% f’ġimgħa. Iż-żejt mhux maħdum NYMEX mixtri għal Mejju żdied b’45 cent għal $67.52 żieda ta’ kważi 9% f’ġimgħa.

Iż-żewġ prezzijiet ta’ referenza laħqu l-ogħla livell mill-2014 nhar l-Erbgħa wara li Trump wissa dwar attakki bil-missili bi tweġiba għal suspetti ta’ attack bil-gass fis-Sirja u wara li l-Arbija Sawdija qalet li interċettat missili fuq Riyadh.

Id-deheb żdied illum wara li kellu l-akbar tnaqqis perċentwali f’aktar minn ġimagħtejn fis-sessjoni ta’ qabel, u riesaq lejn żieda żgħira għat-tieni ġimgħa infila fost it-tensjoni dwar is-Sirja u t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru niżel mill-ogħla livell f’din l-aħħar sena wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump esprima tħassib dwar munita b’saħħitha għaliex qal li din tqiegħed lill-Istati Uniti fi żvantaġġ. Il-munita unika…

Barranin

Muniti Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’din l-aħħar sena hekk kif l-investituri saħħew it-tbassir tagħhom fuq is-saħħa fit-tul tal-munita wara kummenti pożittivi dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti miċ-ċermen tal-Federal Reserve. Jerome Powell…

Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Aktar