Barranin, Lokali
Jogħla l-prezz taż-żejt minħabba biża’ li l-urugan Harvey se jfixkel il-produzzjoni

Muniti

Id-dollaru llum kien f’qagħda tajba kontra l-yen hekk kif xi investituri xtraw il-munita biex iħejju ruħhom qabel il-laqgħa tal-banek ċentrali f’Wyoming, l-Istati Uniti. Il-President tal-Federal Reserve Janet Yellen u l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, mhux mistennija jħabbru xi żviluppi aktar tard illum bl-investituri attenti għal xi ħjiel dwar xi żieda futura fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti, iż-żmien tal-karta tal-bilanċ u hekk l-Ewropa għadhiex tikkunsidra li tirtira l-istimulu monetarju. Id-dollaru kien jidher li ser ikollu żieda ta’ 0.3% kontra l-yen matul din il-ġimgħa, li matulha tbaxxa għal 108.635 yen minħabba tensjonijiet ġeopolitiċi dwar il-Penisola Koreana.

L-isterlina rkuprat xi ftit wara li kienet laħqet l-inqas rata f’xahrejn kontra d-dollaru lbieraħ iżda strateġisti qalu li l-prospetti xorta għadhom imċajpra minn tħassib dwar il-Brexit u l-aspetti ewlenin ekonomiċi. L-isterlina telgħet għal $1.2802 wara li tbaxxiet għal $1.2774 f’negozju bikri, l-anqas mis-27 ta’ Ġunju.

Indiċijiet

L-istokks fl-Istati Uniti tbaxxew hekk kif is-swieq kienu kawti fost il-ġlied politiku dwar il-limitu tas-self u qabel il-laqgħa tal-Banek Ċentrali.

L-istokks fl-Ewropa żdiedu, u komplew maż-żieda tas-sessjoni ta’ qabel, immexxija minn stocks relatati mar-riżorsi. L-ishma tal-bejjiegħa bl-imnut ħadu daqqa wara li Amazon qalu li ser jaqtgħu l-prezzijiet f’Whole Foods.

Kommoditajiet                                            

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu hekk kif l-industrija taż-żejt fl-Istati Uniti qed tħejji ruħha għall-potenzjalità ta’ tfixkil fil-produzzjoni minħabba l-urugan Harvey li riesaq lejn il-qalba tal-industrija taż-żejt fil-Golf tal-Messiku.

Il-prezz tad-deheb illum ma nbidilx, bl-investituri jistennew ukoll l-laqgħa tal-banek ċentrali tal-lum.

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Għadd ta’ aħbarijiet ekonomiċi mistennija l-ġimgħa d-dieħla l-aktar mir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Waħda mill-aktar importanti ser tkun ir-rata tal-qgħad fl-Istati Uniti li tkejjel il-perċentwal tal-qawwa totali tax-xogħol li hjija qegħda u attivament tfittex ix-xogħol matul ix-xahar ta’ qabel. Ċifra ogħla milli mistennija tkun negattiva għad-dollaru waqt li tnaqqis ikun pożittiv.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li…

Barranin

Group: Revenue up 6% to AED 49.4 billion (US$ 13.5 billion), and profit of AED 2.3 billion (US$ 631 million), up 77%. Results due to capacity optimisation and efficiency initiatives,…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata kontra il-yen dan ix-xahar, taħt pressjoni ta’ xniegħat ta’ dewmien possibbli fir-riformi fiskali tal-President Trump kif ukoll minħabba nuqqas ta’ riskju. L-isterlina…

Aktar