Barranin
Jogħla l-prezz taż-żejt u jitbaxxa dak tad-deheb

Muniti 

L-ewro ngħata spinta llum minn dollaru aktar dgħajjef hekk żieda fl-ottimiżmu dwar rkupru globali mill-pandemija sostniet muniti aktar riskjużi. Il-movimenti, iżda ma laħqux dawk tas-suq tal-ishma hekk kif it-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina illimitaw is-sentiment.

Id-dollaru tal-Awstralja u dak ta’ New Zealand li huma bbażati fuq il-kummerċ żdiedu madwar 0.7% kontra dak Amerikan iżda baqgħu taħt l-ogħla rati tal-ġimgħa li għaddiet. Il-krona Norveġiża żdiedet kważi 1% kontra d-dollaru Amerikan. Il-yuan Ċiniż, barometru tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, baqa’ lura minħabba rkupru qawwi  minn muniti Asjatiċi oħra.

L-isterlina żdiedet kontra d-dollaru u kontra l-ewro, u qabżet id-$1.23 għall-ewwel darba fi 13-il jum, sostnuta l-aktar minn sentiment ta’ riskju globali li ra tnaqqis fil-valur tad-dollaru.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa baqgħu qrib l-ogħla prezzijiet fi 11-il jum bis-swieq fir-Renju Uniti jiżdiedu wara tmiem il-ġimgħa twil, hekk kif in-negozji bdew jiftħu gradwalmebnt wara għeluq ta’ bosta xhur.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu tajjeb mal-ftuħ illum hekk kif reġa’ beda n-negozju u l-ottimiżmu dwar vaċċin potenzjali kontra l-COVID–19 għen sabiex l-investituri jwarbu t-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Shares

Is-suq lokali tal-ishma li ftit li xejn kellu negozju illum bi ftit ishma negozjati. It-Tigne Mall raw tnaqqis ta’ 10.59% l-Malta International Airport żdiedu bi 3.24% u għalqu bil-prezz ta’ €5.10 kull sehem.

Il-Bank of Valletta u Simonds Farsons Cisk it-tnejn kienu negozjati iżda għalqu s-sessjoni bla bidla bil-prezzijiet ta’ €1.04 u €8.30 kull sehem rispettivament.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mħallta bil-Mercury Projects Finance 2027 fuq quddiem fit-tnaqqis b’1.90%. Il-MIDI  2026 tilfu 1.32%. il-Von der Heyden Group Finance  2024 tbaxxew b’1% u l-Merkanti Holding 2026 naqsu b’0.95%.

F’territorju pożittiv kien hemm is-6PM Holdings  2025 b’0.01%, il-MeDirect Bank (Malta)  2024-2029 avvanzaw b’0.20% u l-International Hotel Investments  2025 żdiedu b’0.50%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għolew llum sostnut minn fiduċja li qed tikber li l-produtturi qed isegwu l-impenji tagħhom biex inaqqsu l-provvisti u hekk kif id-domanda qed tiżdied hekk kif il-lockdowns qed ikunu illaxkati.

Il-Brent żdied 1.89% għal $36.18 kull barmil waqt li l-United States West Texas Intermediate żdiedu bi 3.10% għal $34.23.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew hekk kif tamiet ta’ rkupru ekonomiku saħħaħ is-swieq tal-ishma b’ħafna pajjiżi jillaxkaw il-miżuri, għalkemm ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina illimitaw it-telf fil-prezz tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar