Barranin
Jogħla l-prezz taż-żejt u jitbaxxa l-valur tad-deheb u l-fidda

Muniti

L-Ewro tbaxxa, bin-negozjanti mbezza’ li jgħollu l-prezz qabel ma jagħlaq xi xiri jew bejgħ kbir din il-ġimgħa. Barra minn dan, Ewald Nowotny mill-Bank Ċentrali Ewropew qal li d-dgħufija tal-Ewro kienet ikkawżata mid-differenza li dejjem qed tikber fir-rati tal-interessi bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa.

Madwar $2 biljun ta’ xiri/bejgħ finanzjarji fuq l-Ewro u d-Dollaru mistennija li jagħlqu din il-ġimgħa għal prezz bejn $1.1550 u $1.1500, u dan naqqas xi ċaqliq kbir fis-swieq finanzjarji.

Barra dan, l-Ewro ddgħajjef kontra l-Yen b’0.04%, waqt li żdied b’0.12% kontra l-Frank Żvizzeru u b’0.10% kontra l-Isterlina.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum fetħu ogħla iżda l-irkupru modest ma ħassarx it-telf tas-sessjoni ta’ qabel għax l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tista’ titwal.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.65% biż-żidiet mifruxa fuq Boroż Ewropew u ishma. Il-kunflitt kummerċjali dejjem jikber diġà laqat lill-investituri ħażin ferm u biż-żewġ protagonisti ma juru ebda rieda biex iċedu, bosta analisti qed jibżgħu li l-kbir għadu ġej għas-swieq.

Il-FTSE 100, id-DAX u l-CAC 40 kollha kienu f’territorju pożittiv bil-FTSE jiżdied l-aktar, b’1.04%.

Id-Dow Jones tilef 0.22% fil-ftuħ, waqt li l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta naqas b’0.02%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali kienet ġurnata kwieta bil-PG plc u l-Malta International Airport jiżdiedu b’aktar minn 0.50%. Il-Bank of Valletta u l-FimBank baqgħu bla ebda tibdil. L-ishma tal-HSBC Bank Malta għalqu t-tnaqqis ta’ aktar minn 0.50% għal €1.82.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2020, il-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026, Simonds Farsons Cisk 2027, l-Bank of Valletta 2020 u żdiedu b’0.50%, 0.29% 0.24% u 0.24% rispettivament.

Il-GlobalCapital 2021, il-GAP Group 2023, u l-MIDI 2026 tbaxxew b’aktar minn 0.50%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew, sostnuti minn rapporti ta’ tnaqqis fl-inventarji taż-żejt kummerċjali fl-Istati Uniti u t-telf ta’ kapaċità tal-ħażna fil-Libja, iżda kienu taħt pressjoni ta’ laqgħa tal-OPEC li tista’ żżid il-produzzjoni globali.

Il-prezz ta’ referenza Brrent żdied b’0.37% għal $75.34; il-US Light crude kien 65 cent ogħla għal $65.72.

Skont rapport tal-American Petroleum Institute l-inventarji Amerikani tbaxxew bi 3 miljun barmil għal 430.6 miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet.

Il-metalli prezzjużi tbaxxew, id-deheb b’0.10% u l-fidda b’0.42%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Barranin

Bl-inflazzjoni tiżdied inqas milli kien mistenni, id-Dollaru Amerikan tbaxxa kontra l-Ewro għal $1.1600, l-ogħla livell mill-1 ta’ Ottubru. L-Ewro kompla jitlef kontra l-munita Amerikana lbieraħ hekk kif is-swieq baqgħu mħassbin…

Aktar