Jogħla l-prezz taż-żejt wara l-attakk fuq faċilità taż-żejt fl-Għarabja Sawdija

L-ewro avvanza wara li kien rreġistra l-akbar waqgħa f’ġimgħa fi kważi xahrejn hekk kif reġa’ daħal is-sentiment ta’ riskju fis-swieq globali wara ġimgħa ta’ taqlib, għalkemm l-investituri kienu xorta attenti mill-prospetti f’terminu qasir għall-munita unika.

L-isterlina llum tbaxxiet mill-ogħla livell fi kważi tliet ġimgħat kontra l-ewro iżda s-sentiment favur l-Isterlina kien aħjar mis-sessjonijiet riċenti hekk kif l-investituri għadhom qed jittamaw li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jagħmlu progress fit-taħditiet dwar il-Brexit.

Il-ġimgħa li għaddiet l-Isterlina kellha l-aħjar perjodu f’xahrejn, bl-investituri daru favurha u minħabba xi xiri minn investituri li jemmnu li r-Renju Unit jista’ jevita Brexit bla ftehim f’Ottubru, meta l-pajjiż mistenni jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

Id-dollaru spiċċa b’ebda moviment, wara li l-inkwiet marbut mat-tensjonijiet kummerċjali u tnaqqis fir-rati tal-interessi laqat ħażin lis-sentiment tal-konsumatur u waqt li rapport li l-Ġermanja tista’ tmexxi b’defiċit biex tixpruna t-tkabbir ekonomiku ta spinta lill-ewro.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji mondjali għolew wara sinjali l-ekonomiji maġġuri ser jaħdmu biex jixprunaw lit-tkabbir ekonomiku li bħalissa qed jieqaf b’miżuri ta’ stimulu, u b’hekk naqqsu l-pressjoni fuq il-bonds u naqqsu d-domanda għal assi maħsuba sikuri bħal ma huwa d-deheb.

Fl-Istati Uniti l-indiċi tela’ f’madwar 1% hekk kif sinjali ta’ riforma fir-rati tal-interessi fiċ-Ċina kabbru t-tamiet li l-ekonomiji l-kbar ser jaħdmu biex inaqqsu l-effetti ta’ ekonomiji li qed ibatu minħabba t-tensjonijiet kummerċjali globali.

L-aħħar stimulu għat-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja segwa aħbarijiet dwar il-possibiltà ta’ illaxkar ekonomiku mill-Ġermanja, li għenu lill-indiċijiet maġġuri Amerikani juru żieda ta’ aktar minn 1%. Id-DAX kien l-ogħla fl-Ewropa b’żieda ta’ 1.53%. l-indiċi lokali mar kontra x-xejra.

L-ishma lokali kienu b’mod ġenerali f’territorju negattiv bil-GO biss juru żieda, ta’ 0.44%. Il-MIDI kellhom l-akbar tnaqqis, aktar minn 4%, segwiti mill-Malta International Airport u l-Malta Properties Company, it-tnejn jitilfu aktar minn 2%. Il-Bank of Valletta tilfu qrib il-1% bl-RS2 Software jitbaxxew b’0.51%.

Il-bonds lokali kienu aktar ibbilanċjati bil-Bank of Valletta 2020 jiżdiedu bi 2%, segwiti  minn tliet bonds oħra b’żieda ta’ 1%. Dawn kienu l-Merkanti Holdings, il-Medserv u l-Internatrional Hotel Investments 2021. L-International Hotel Investments 2025 tilfu 1% kif għamlu s-6PM Holdings 2025. Id-Dizz Finance 2026 tilfu qrib it-2%.

Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum żdiedu wara l-attakk fi tmiem il-ġimgħa fuq faċilità taż-żejt fl-Għarabja Sawdija minn separatisti mill-Jemen u hekk kif l-investituri qed jittamaw għal sinjali ta’ progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu, hekk kif is-sentiment tar-riskju min-negozjanti u l-investituri tjieb fil-bidu tal-ġimgħa. Il-fidda tilfet ukoll.

Aħbarijiet Oħra

Il-muniti marbutin mal-prezz taż-żejt illum għolew wara li attakki fuq faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija fixklu l-provvista globali taż-żejt, waqt li l-Yen  u l-Frank Żvizzeru issaħħew hekk kif l-investituri fittxew muniti…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.10 llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi u bla mistenni nieda mill-ġdid l-programm ta’ xiri ta’ assi biex ukoll jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija taż-żona tal-ewro….

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Aktar