Jogħla l-prezz taż-żejt wara l-attakk fuq il-faċilitajiet tal-Arabja Sawdija

Il-muniti marbutin mal-prezz taż-żejt illum għolew wara li attakki fuq faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija fixklu l-provvista globali taż-żejt, waqt li l-Yen  u l-Frank Żvizzeru issaħħew hekk kif l-investituri fittxew muniti sikuri. Il-prezz taż-żejt għola bi kważi wieħed minn kull ħamsa wara l-attakki li tellfu aktar minn 5% tal-provvista globali taż-żejt. Il-grupp Houthi fil-Yemen li għandu l-appoġġ tal-Iran qal li kien responsabbli tal-attakk, iżda l-Istati Uniti qalu li kien l-Iran. Trump qal li pajjiżu lest li jirritalja.

Id-dollaru Kanadiż żdied b’0.2% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.5% fir-rublu Russu. Il-Yen,ghażla komuni għall-imvestituri li jfittxu s-sigurta fost l-inċertezza wera żieda ta’ 0.4% mad-dollaru. Il-Frank Żvizzeru  żdied kontra l-ewro  iżda b’0.2% biss kontra d-dollaru.  L-ewro tilef 0.61% għal $1.1106.

Indiċi

 L-ishma Ewropew illum tbaxxew wara erba sessonijiet ta’ żieda wara l-attakki fl-Gharabja Sawdija u stattistka batuta Ċiniża żiedu tat-tħassib dwar it-tkabbir globali waqt li żiedu l-prezz ta ishma ta prodotti taż-żejt mhux milquta.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi minħabba l-attakki fl-Għarabja Sawdi9ja u dawn kabbru mat-tħassib  tat-tkabbir globali, iżda l-ishma tal-kumpaniji tal-enegija żdiedu b’aktar minn 10%.

Fil-qasam tal-ishma lokali,il-Bank of Valletta żdiedu 0.88%; il-BMIT technologies  tilfu 1.89%; l-HSBC naqsu bi 3.40%; It-Trident Estates tilfu l-aktar 4.86%. Il-Malta Properties Company, l-RS2 Software u Tigne Mall baqgħu bla bidla.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, in-1923 Investments 2024 tilfu 0.84%; il-Best Deal Properties Holding 2024 żdiedu 1.22%;  is-Central Business Centres 2027 tilfu 4.29%; l-SP Finance 2029 naqqsu b’0.49%; it-Tum Finance 2029  tilfu ukoll 0.62%. Il-Hili Finance Companya 2029 żdiedu 0.99% waqt li l-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel serje) tilfu 1.50%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu bi kważi 20% illum bil-Brent ikollu l-akbar żieda mill-gwerra tal-Golf tal-1990-91, wara l-attakk fuq il-faċiltaijiet tal-Arabja Sawdija.

Il-prezzijiet tbaxxew wara li l-President Trump ordna l-użu tal-ħażna ta emerġenza ta pajjiżu biex jassigura provvisti stabbli u qal li kien lest jwieġeb għall-attakk ħaġa li żammet it-tensjoni ġeopolitika. Il-Brent żided bi kważi 19.5% għal $71.95.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum hekk kif l-investitui xtraw assi aktar sikuri hekk kif saru aktar kawteli dwar il-progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dollaru waqa’ l-ġimgħa li għaddiet, u…

Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Id-dollaru miexi lejn l-akbar telf f’ħames ġimgħat kontra r-rivali tiegħu hekk kif il-prospetti ta’ ftehim kummerċjali parzjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kebbes il-ħeġġa għal muniti li jiffavorixxu l-kummerċ bħall-ewro…

Aktar