Barranin
Jogħla l-prezz taż-żejt wara li l-Gvern Amerikan impona sanzjonijiet kontra kumpanija taż-żejt

L-Isterlina waqgħet llum mil-livelli għolja ta’ bosta xhur u żdiedet il-volatilità fis-swieq derivattivi hekk kif l-investituri qed jqisu jekk l-membri parlamentari humiex ser jappoġġaw emenda parlamentari li effettivament tfisser li l-Brexit mhux ser jispiċċa bla ftehim.

L-irkupru fl-Isterlina kien mgħejjun minn sinjali ta’ kawtela fil-politika mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti u mill-Bank Ċentrali Ewropew. Waqt li s-swieq monetarji mhumiex jistennew xi żieda fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve jew mill-Bank Ċemntrali Ewropew, huma qed iqisu li hemm 65% ċans ta’ ċaqliqa mill-Bank of England f’Diċembru.

L-ishma Ewropej illum kienu ftit ogħla hekk kif l-investituri investew fl-ishma meqjusa bħala siguri fi żmien ta’ inċertezza politika wara sensiela ta’ twissijiet dwar il-profitti minn kumpaniji fl-Istati Uniti u t-tħassib prevalenti dwar it-tilwimiet kummerċjali.

L-iSTOXX 50 żdied 0.66% bl-ishma tal-enerġija u prodotti personali u tad-dar fuq quddiem. Il-FTSE 100 żdied b’1.00% qabel il-vot illejla fil-Parlament Ingliż dwar il-Brexit.

Fil-Borża ta’ Malta ftit kien hemm movement fl-ishma bil-Grand Harbour Marina jkollhom l-akbar żieda ta’ 1.67% segwiti minn Malita Investments u l-Malta International Airport li żdiedu b’1.12% u 0.81% rispettivament.

Bosta mill-bonds negozjati llum raw tnaqqis fil-prezz bil-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 ikollhom l-akbar telf, 0.49%, segwiti minn Hili Properties 2025 li naqsu b’0.48%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew llum wara li l-Gvern Amerikan impona sanzjonijiet kontra l-kumpanija taż-żejt PDVSA tal-Gvern Veneżwelan f’mossa li tista’ tnaqqas l-esportazzjoni mill-membri tal-OPEC. Iżda ż-żidiet fil-prezz kienu limitati minn provvista globali biżżejjed u sinjali ta’ tnaqqis fl-ekonomija Ċiniża.

Il-prezz tad-deheb reġa’ lura għaż-żidiet hekk kif it-tkabbir globali qed jonqos. Fl-2018, id-deheb ra l-ewwel tnaqqis tiegħu fi tliet snin, b’żieda fl-ishma u interessi ogħla Amerikani joffru dħul aħjar għall-investituri. Iżda d-deheb żamm sod s’issa din is-sena u żdied għall-ogħla livell f’seba xhur qrib il-livell tekniku importanti ta’ $1,300 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar