Barranin
Jogħla ż-żejt bit-tensjonijiet bejn l-Iran u l-Istati Uniti

Muniti

Il-muniti ewlenin tal-Ewropa Ċentrali kienu xi ftit dgħajfa llum hekk kif kien hemm irtirar tad-Dollaru Amerikan. L-Ewro niżel kontra d-Dollaru bi 0.03% għal 1.1714.

Barra minn hekk, il-munita unika niżlet b’0.10% kontra l-Isterlina, 0.16% kontra l-Frank Żvizzeru u 0.31% kontra l-Yen.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqgħu fin-negozjati ta’ filgħodu tal-lum it-Tnejn f’għodwa kemxejn negattiva. L-indiċi FTSE 100, DAX, STOXX 50 u CAC40 kienu kollha f’territorju negattiv bil-CAC 40 li ra l-ikbar telf b’0.49%.

Id-Dow Jones fetaħ b’0.11% inqas fil-ftuħ fil-livell ta’ 25,031.000. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tela’ b’0.030% u għalaq fil-livell ta’ 8,724.799.

Ishma

Trident Estates plc, Malta Properties Company plc, Bank of Valletta plc, Tigné Mall plc u GO plc telgħu b’aktar minn 0.50%. Intant, HSBC Bank Malta plc niżlu b’2.66% u għalqu fil-livell ta’ 1.83.

Bonds

3.50% Bank of Valletta 2030 (Series 2), 4.25% Bank of Valletta 2019, 4.00% International Hotel Investments 2026, 5.80% International Hotel Investments 2021 u 4.00% MIDI 2026 telgħu b’aktar minn 0.10. Sadanittant, 4.00% Stivala Group Finance 2027 niżlu b’aktar minn 0.40%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għolew fost tħassib dwar il-provvista wara li t-tensjonijiet bejn l-Iran u l-Istati Uniti jidher li marru għall-agħar, filwaqt li xi ħaddiema offshore bdew strajk ta’ 24 siegħa fuq tliet pjattaformi taż-żejt u l-gass fil-Baħar tat-Tramuntana.

Iż-żejt Brent tela’ b’1.22% għal $73.87 kull barmil u ż-żejt mhux maħdum tal-Istati Uniti tela’ b’0.95% għal $68.91 kull barmil.

Sadanittant, iż-żejt niżel b’0.18% għal $1229.89 kull uqija u l-fidda niżel b’0.52% għal $15.48 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro, li waqa’ għall-inqas rata fi 13-il xahar kmieni l-ġimgħa li għaddiet fost tħassib li l-kriżi Torka tolqot ħażin lill-banek Ewropej, żdied illum. Id-Dollaru tbaxxa llum wara li l-President Donald…

Barranin

L-Ewro tbaxxa llum hekk kif id-dollaru ssaħħaħ qabel it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, li huma mistennija din il-ġimgħa. L-investituri jittamaw li dawn inaqqsu t-tensjonijiet bejn l-akbar żewġ ekonomiji…

Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Aktar