Barranin
Jogħla ż-żejt u d-deheb bit-tħassib li qed iġib miegħu l-coronavirus

Muniti

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahrejn, u muniti oħra meqjusa bħala assi sikuri stabilizzaw, hekk kif l-investituri reġgħu kisbu l-kalma wara l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina, u qed jistennew aktar aħbarijiet dwar il-ħsara ekonomika possibbli.

Is-saħħa tad-dollaru din il-ġimgħa, mgħejjuna minn rendiment relattivament pożittiv tal-ekonomija Amerikana, uriet il-kredenzjali ta’ munita sikura. L-indiċi tad-dollaru żdied 0.1% għal 98.091, waqt li l-ewro tilef 0.13% kontra l-munita Amerikana għal $1.1008, mhux ħafna bogħod mil-livell baxx tal-bieraħ, li kien l-agħar minn kmieni Novembru li għadda. Id-dollaru żdied 1.8% kontra grupp ta’ muniti ewlenin, qabel il-laqgħa tal-lejla tal-Federal Reserve. Il-bank ma kienx mistenni li jibdel ir-rati tal-interessi.

L-Isterlina baqgħet qrib l-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru lejliet deċiżjoni importanti mill-Bank of England għada, li baxxiet lill-munita ‘l isfel dan ix-xahar wara li sensiela ta’ kummenti moderati minn membri tal-Bank of England wasslet għal spekulazzjoni li jista’ jkun hemm tnaqqis fir-rati tal-interessi.

Indiċi

L-ishma tal-banek saħħew l-ishma Ewropej illum wara sensiela ta’ riżultati tajbin minn banek inklużi l-Ispanjol Santander u l-Ingliż, Virgin Money, anke jekk l-investituri kkunsidraw l-effett ekonomiku possibbli tal-coronavirus.

Wall Street fetħet ogħla hekk kif żieda fil-prezz tal-Apple, Boeing u General Electric wara li r-riżultati tagħhom tfew it-tħassib dwar l-impatt ekonomiku tal-virus.

Ishma Lokali

Fl-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta żdiedu bi 2.86%, segwiti mill-Malta International Airport b’0.74%. F’territorju negattiv kien hemm mill-PG li tilfu 1.94%, il-Bank of Valletta,  il-FIM Bank, il-Malta Properties Company u l-RS2 Software kollha nnegozjaw mingħajru bidla fil-prezz.

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2030 (it-tieni sensiela, l-ewwel tranche) tilfu 0.20%, l-Endo Finance 2029 tilfu 0.50%, il-Hili Finance Company 2028 tbaxxew b’0.15%, u l-Hili Finance Company 2029 żdiedu b’0.05%. L-International Hotel Investments 2026 ukoll żdiedu, b’0.05%, il-Merkanti Holding 2026 tbaxxew b’0.39% u kien hemm żieda ta’ 0.10% fl-iStivala Group Finance 2027.

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu għat-tieni jum, u rkupraw xi telf wara ħamest ijiem ta’ tnaqqis, minħabba xnigħat li l-OPEC tista’ testendi t-tnaqqis fil-produzzjoni jekk il-coronavirus jolqot id-domanda u minħabba statistika turi li hemm tnaqqis fil-ħażniet Amerikana.

Anke l-prezz tad-deheb żdiedu, mgħejjun minn tħassib dwar l-impatt ekonomiku tal-virus, waqt li l-investituri stennew deċiżjoni dwar il-politika monetarja mill-Federal Reserve aktar tard fil-ġurnata.

Aħbarijiet Oħra

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Muniti L-isterlina żdiedet wara dejta dwar l-impjiegi aħjar milli kienet mistennija u l-Prim Ministru Boris Johnson iffaċċja oppożizzjoni fil-partit tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni proposta li tikser it-trattat dwar Brexit. Iżda ż-żieda…

Muniti Id-dollaru llum tilef kontra l-muniti ewlenin sħabu hekk kif mewġa ta’ negozju f’akkwist ta’ kumpaniji għen lis-sentiment fis-swieq internazzjonali tal-ishma u l-investituri qed jistennew ġimgħa mimlija attivitajiet li jinkludu…

Aktar