Jonqos il-prezz tad-deheb wara l-ogħla livell f’ġimagħtejn

Id-dollaru żied il-gwadann l-Erbgħa u l-ewro niżel hekk kif tbaxxa mil-livell ta’ $1.20 li kien intlaħaq fis-sessjoni preċedenti filwaqt li d-dollaru Awstraljan żamm lura wara li l-pajjiż ikkonferma li huwa f’riċessjoni. Id-dollaru ssaħħaħ mill-bieraħ megħjun minn dejta pożittiva dwar il-manifattura fl-Istati Uniti u fatturi tekniċi.

L-isterlina niżlet kontra dollar li qed jissaħħaħ iżda telgħet kontra l-ewro li niżel hekk kif in-negozjaturi qed jistennew id-diskorsi minn bosta uffiċjali tal-Bank of England għal aktar direzzjoni.

Indiċi

L-ishma Ewropej telgħu l-Erbgħa wara telf għal erba’ sessjonijiet konsekuttivi, hekk kif sinjali ta’ rkupru fl-attività tal-manifattura globali wasslu għal żidiet fl-istokks tal-kimika u l-industrija.

L-istokks tat-teknoloġija mbuttaw lill-S&P 500 u n-Nasdaq għal livelli għolja rekord fil-ftuħ illum l-Erbgħa filwaqt li d-Dow resaq qrib il-quċċata li kien laħaq qabel il-pandemija hekk kif dejta uriet żieda moderata fil-pagi privati tal-Istati Uniti x-xahar li għadda.

Ishma

Fis-sessjoni tas-suq lokali llum tliet stokks biss irreġistraw tibdil sal-għeluq. HSBC Bank Malta p.l.c. niżlu b’3.61% u Tigne Mall p.l.c niżlu bi 3.05%. Bank of Valletta p.l.c. kien l-unika stokk li ra tibdil pożittiv wara li għalaq ‘il fuq b’1.56%.

BMIT Technologies plc, GO p.l.c. Harvest Technology plc u Plaza Centres p.l.c. ilkoll ġew innegozjati iżda baqgħu bla tibdil meta mqabbla mal-aħħar sessjoni tagħhom.

Bonds

4% International Hotel Investments plc 2026 u 4.4% Von der Heyden Group Finance plc 2024 it-tnejn niżlu b’1.48%. 3.75% Bortex Group Finance plc 2027 niżlu b’0.98% u 5.1% 1923 Investments plc 2024 niżlu b’0.50%.

4.8% Mediterranean Maritime Hub Finance plc 2026 telgħu b’0.51% u 6% Mediterranean Investments Holding plc 2021 u 6% International Hotel Investments plc2024 it-tnejn żiedu aktar minn 1.50%.

Prodotti Essenzjali

 Iż-żejt tela’ għal $46 kull barmil b’żieda għat-tielet jum konsekuttiv appoġġjat minn rapport li l-inventarji taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti niżlu u stħarriġ qed juri manifattura aktar b’saħħitha li żiedet it-tama ta’ rkupru ekonomiku mill-pandemija tal-coronavirus. Madankollu, matul il-jum kien hemm telf u l-prezz niżel għal $45.50 kull barmil.

Il-prezz tad-deheb naqas illum wara l-ogħla livell f’ġimagħtejn hekk kif id-dollaru reġa’ ssaħħaħ u dejta dwar il-manifattura b’saħħitha fl-Istati Uniti kebbset it-tama ta’ rkupru ekonomiku globali aktar mgħaġġel.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

L-Isterlina żdiedet wara li l-Ministru tal-Finanzi Ingliż, Rishi Sunak ħabbar skema ta’ sostenn għall-impjiegi, iżda qal li l-gvern ma jistax isalva kull  impjieg. F’sessjoni mqallba, l-Isterlina baqgħet ‘il fuq minn…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar sensiela oħra ta’ għajnuna minħabba l-pandemija lill-bdiewa ta’ madwar $13-il biljun. Huwa ħabbar dan f’rally elettorali f’Wisconsin meta din l-għajnuna hija għal settur importanti f’wieħed…

Aktar