Jum pożittiv għall-prezz tad-deheb

Muniti

L-ewro tbaxxa sewwa kontra d-dollaru taħt id-$1.1600 minħabba statistika lokali dgħajfa u l-qawmien tad-dollaru.

Il-munita unika kienet l-aktar rival dgħajjef tad-dollaru qabel il-ftuħ tan-negozju fl-Istati Uniti wara aħbarijiet ta’ tħassib mill-Ġermanja.

Sadattant id-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan li beda l-ġimgħa fuq sieq soda u dak fuq bonds ta’ 10 snin laħaq il-1.66%.

Fir-rapport tiegħu ta’ kull xahar il-Bank Ċentrali Ġermaniz, il-Bundesbank, qal li t-tkabbir għas-sena 2012 mistenni li jkun aktar baxx b’mod sinifikattiv mit-tbassir li sar f’Ġunju ta’ 3.7% minħabba il-kwisjonijiet persistenti fil-katina ta’ provvista waqt li il-momentum fis-settur tas-servizz mistenni li jitbaxxa b’mod konsiderevoli.

Finalment il-Bundesbank qal li huwa qed jistenna li l-inflazzjoni ser tkompli togħla sakemm titbaxxa fl-2022.

L-istħarriġ għall-Ottubru mill-istitut ta riċerka Ġermani, IFO, juri li l-klima tan-negozju ċkieket aktar milli maħsub għal 97.7.

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni preeżnti tjiebet għal 101.1 għalkemm l-aspettattivi tbaxxww sewwa għa; 95.4.

Min-naħa l-oħra, l-Istati Unit ħarġu ċ-Chicago Federal National Activity Index għal Settembru li tbaxxa għal- 0.13 minn 0.05 f’Awwissu.

Indiċi

L-indiċijiet kienu mħalltin illum b’erbgħa li jidhru fil-lista jiżdiedu u tlieta jitbaxxew.

L-aħjar li marru kienu il-FTSE 100 b’żieda ta’ 0.35 segwit mill-Ġermanja b’żieda ta’ 0.296%.

L-aktar milqut ħażin kien it-Topix li tbaxxa b’0.34%. L-indiċi lokali tilef 0.14%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-VBL Group kienu l-uniċi ishma li żdiedu, bi 3.5%.

Il-Bank of Valletta u l-Malita Investments kienu negozjati bl-ebda moviment.

Il-Medserv tilfu tliet kwarti ta’ punt perċentwali bil-Lombard Bank imur l-agħar bi tnaqqis ta 8.59%.

Bonds

Il-bonds lokali kellu jum pożittiv bil-Mizzi Organization ikollhom żieda ta’ 3.25% segwiti minn żieda ta’ nofs punt perċentweali fil-MeDirect, il-Bank of Valletta, it-Together gaming Solutions u l-iStivala.

Il-Bank of Valletta subordinated note 2030 tilfu qrib il-1%.

Prodotti essenzjali

Id-deheb attira xiri ġdid fl-ewwel jum ta’ negozju u kompla fil-bidu tas-sessjoni Amerikana.

L-aħħar imxija tal-Covid 19 fiċ-Ċina qajmet tħassib dwar l-impożizzjoni ta’ lockdowns, li huma ħżiena għall-ekonomija kif ukoll fil-kuntest ta’ tolleranza żero għall-mard.

Dan, sa ċertu punt, dgħajjef is-sentiment dominanti ta’ riskju u kien il-fattur prinċipali li għen fix-xiri qawwi tad-deheb.

Dan it-tagħrif kien miġjub mill-BNF Bank.