Jum pożittiv għall-prezz taż-żejt, deheb u fidda

Muniti 

L-ewro laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa ta’ $1.1669 hekk kif id-dollaru jinsab fuq sieq waħda.

Is-swieq tal-ishma jinsabu aħjar, indikazzjoni tas-sentiment prevalenti ta’ riskju għad-detriment tad-dollaru.

Sadanittant, id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan huwa stabbli, b’dak għal bonds ta 10 snin taħt il-1.60%.

Il-produzzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni fl-UE matul Awwissu tbaxxiet 1.3% minn xahar għal xahar wara li kien hemm avvanz ta’ 0.1% fix-xahar ta’ qabel.

L-Istati Uniti ppublikaw iċ-ċifri dwar djar ġodda li tbaxxew b’1.6% u l-permessi tal-bini li tbaxxew b’7.7%. Uffiċjali tal-Federal Reserve u tal-Bank Ċentrali Eswropew kellhom jitkellmu matul is-sessjoni Amerikani.

Indiċi

L-indiċijiet llum kienu mħallta b’volatilità ftit li xejn normali.

Id-Dow Jones kien l-aktar indiċi pożittiv fil-lista segwit mit-Topix tal-Ġappun.

Żewġ indiċijiet kienu negattivi wara nofsinhar bil-CAC 40 jitlef 0.2% wara nofsinhar.

L-indiċi lokali tilef 0.25%.

Ishma

Ftit li xejn kien hemm moviment fl-ishma lokali b’żewġ ishma biss jibdlu l-prezz.

Il-Malta Property CTompany żdiedu 1.79% waqt li Simonds Farsons Cisk tilfu 4.12%.

Il-BMIT Technologies, il-Bank of Valletta u l-Maltapost kienu negozjati bla movimenti fil-prezz.

Bonds

Il-parti l-kbira tal-bonds negozjati llum kienu pożittivi.

It- Together Gaming Solutions żdiedu bi 2.63%.

Wara kien hemm b’żieda bejn il-wieħed u nofs u tliet kwarti ta’ punt perċentwali kien hemm il-GO, l-AX u l-iSmartcare.

F’territorju negattiv kien hemm l-International Hotel Investments, il-Hal Mann Vella u l-MeDirect Bank.

Prodotti essenzjali

Il-prezz tad-deheb jidher li daħal f’fażi ta’ konsolidament għal madwar $1,780 wara li avvanza għal $1,785 kmieni fis-sessjoni Amerikana.

L-irkupru modest fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerika jidher li qed jillimita ż-żieda fid-deheb.

Il-fidda kellha jum pożittiv b’żieda qrib l-4% waqt li ż-żejt rnexxielu jżomm ‘il fuq mill-prezz tal-għeluq tal-bieraħ b’żieda ta’ inqas minn 0.2%.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.