Barranin, Lokali
Juncker b’viżjoni għal żona ewro ikbar u Unjoni eqreb

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker appella lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea biex jużaw l-irkupru ekonomiku u l-Brexit bħala pass ‘il quddiem lejn unjoni eqreb, mibnija fuq żona tal-ewro ikbar u rwol ewlieni fil-kummerċ dinji.

Fid-diskors annwali tal-Istat tal-Unjoni, Juncker ressaq il-viżjoni għal Unjoni Ewropea għal wara l-2019, fejn madwar 30 pajjiż ser ikunu jużaw l-ewro, b’ministru tal-finanzi tal-Unjoni jmexxi baġits ewlenin biex jgħin lill-istati fl-inkwiet.

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru ssoda, bl-investituri joqgħodu lura qabel il-ħruġ tal-istatistika dwar l-inflazzjoni għada li tkun studjata sewwa mill-Federal Reserve għax huwa jqisha sewwa meta jkun jikkunsidra meta ser jerġa’ jżid ir-rati tal-interessi.

Bil-muniti jiġu nnegozjati f’firxa dejqa, l-isterlina kienet fil-fokus, wara li kienet laħqet l-ogħla rata f’sena qabel ma rtirat għax statistika wriet li l-pagi għadhom mhux jimxu mal-inflazzjoni.

L-isterlina tbaxxiet għax statistika dgħajfa dwar it-tkabbir fil-pagi inqas milli mistennija żammet lura lil dawk li kienu jistennew li l-Bank of England jista’ jibdel ir-rati tal-inteessi minħabba żieda fl-inflazzjoni.

Il-membri tal-bank ċentrali tal-Iżvizzera aktarx li jħosshom aktar rilassati wara d-dgħufija ta’ dan l-aħħar tal-munita kontra l-ewro, iżda huma xorta għadhom mistennija li jżomm il-politika monetarja ultra-laxka fil-laqgħa ta’ Settembru.

Indiċi

L-indiċi kienu mħallta llum bl-Ewropa ikollha żidiet modesti sa kmieni wara nofsinhar, bil-FTSE 100 jitlef 0.2%. It-Topix tal-Ġappun żdied b’0.61%, probabbli minħabba korrezzjoni għada, waqt li l-indiċijiet fl-Istati Uniti indikaw li kien ser ikollhom ftuħ ogħla.

Ishma Lokali

Il-PG Holdings illum kienu l-uniċi ishma li żdiedu bil-Maltapost fuq quddeiem ta’ dawk li tilfu fil-prezz bi tnaqqis ta’ ftit aktar minn 4%. Żewġt ishma oħra tbaxxew, il-MIDI li tilfu madwar 2% waqt li l-Bank of Valletta kellu tnaqqis modest.

Bonds lokali

Is-sessjoni tal-bonds kienet aktar pożittiva b’żidiet modesti minn Medserv u Premier Capital. Il-bonds tal-MIDI tilfu qrib 1.5%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-ekonomija b’saħħitha tal-Iżvezja kibret inqas milli kien rraportat qabel fit-tieni kwart, skond ċifri riveduti ppublikati llum. Dan sostna l-veduta tal-bank ċentrali li għadu kmieni wisq biex jwarrab il-politika monetarja ultra-laxka tiegħu.

L-uffiċċju tal-istatistika qal li t-tkabbir fil-prodott domestiku gross matul it-tieni kwart kien riveduta ‘l isfel għal 1.3% minn kwart għal kwart u għal 3.1% minn sena għal sena.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu wasra li l-Aġenzija Internazzjoni tal-Enerġija qalet li l-provvista żejda globali ta’ żejt bdiet tonqos minħabba domanda qawwija globali, tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u pajjiżi produtturi oħrajn.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu, minħabba it-tensjoni dwar il-Korea ta’ Fuq, hekk kif investituri qed jistennew l-inflazzjoni fl-Istati Uniti li tista’ tagħti ħjiel dwar il-pass taż-żieda fir-rati tal-interessi.

Id-deheb ibbnenefika wkoll mid-dgħufija fl-istokks globali, fid-dollaru u d-dħul mill-bonds Anerikani. Dollaru aktar dgħajjef jagħmel lid-deheb irħas għal dawk b’muniti oħrajn, waqt li dħul inqas mill-bonds inaqqas il-kost tal-opportunità li wieħed iżomm metalli li ma jirrendux.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li…

Barranin

Group: Revenue up 6% to AED 49.4 billion (US$ 13.5 billion), and profit of AED 2.3 billion (US$ 631 million), up 77%. Results due to capacity optimisation and efficiency initiatives,…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata kontra il-yen dan ix-xahar, taħt pressjoni ta’ xniegħat ta’ dewmien possibbli fir-riformi fiskali tal-President Trump kif ukoll minħabba nuqqas ta’ riskju. L-isterlina…

Aktar