Kumitat tas-Senat japprova lil Yellen

Kumitat tas-Senat Amerikan approva lil Janet Yellen biex tkun il-president il-ġdid tal-US Federal Reserve – il-Bank Ċentrali Amerikan. Il-ħatra tagħha mistennija tiġi konfermata mis-Senat kollu x-xahar id-dieħel.

Yellen, li l-President Obama għażel biex tieħu post Ben Bernanke, ġiet approvata b’14-il vot favur u tmienja kontra.

Jekk is-Senat kollu japprovaha, Yellen tkun l-ewewel mara li tmexxi l-aktar bank ċentrali importanti fid-dinja.

IMF

Interessantil-fatt li mara oħra, il-Franċiża Christine Lagarde (ritratt) ilha tmexxi l-Fond Monetarju internazzjonali sa mill-5 ta’ Lulju 2011.