Barranin
Kummenti miċ-Ċina jwasslu għal żieda fl-ishma Ewropej tat-teknoloġija

Muniti

Id-dollaru rkupra u kien riesaq lejn l-ogħla rata mill-2017 illum, waqt li l-ewro tbaxxa għall-inqas livell fi 28 xahar, fost ottimiżmu ta’ ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Minkejja l-ftuħ ta’ inkjesta dwar il-possibiltà ta’ tneħħija tal-President Trump u sinjali mħallta dwar il-ftehim kummerċjali, id-dollaru baqa’ reżiljenti. Huwa baqa’ fid-domanda kemm meta l-investituri saru nervużi u anke meta ftehim maċ-Ċina – u daqqa ‘il quddiem lill-ekonomija mondjali – jidher fil-qrib.

L-ewro, għall-kuntrarju, tbaxxa għal €1.0922, l-inqas fi 28 xahar u aktar mil-livelli baxxi ta’ dan ix-xahar, meta ħarġu ħjiel li il-Bank Ċentrali Ewropew kien ser jillaxka l-politika monetarja.

Indiċi

L-ishma Ewropej għolew illum, bl-ishma tat-teknoloġija fuq quddiemnett, wara li kummenti inkorraġġanti miċ-Ċina dwar il-kummerċ mal-Istati Uniti qajmu lis-sentiment li kien baxx minn tħassib dwar tkabbir ekonomiku u taqlib politiku. Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż qal li l-Gvern jinsab f’komunikazzjoni mill-qrib mal-Gvern Amerikan u qed jipprepara għall-progress fit-taħditiet kummerċjali f‘Ottubru.

L-indiċi tal-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż-żieda tal-bidu hekk kif l-investituri evalwaw l-iżviluppi ġodda dwar l-inkjesta għall-impeachment tal-President Trump.

Ekwiti lokali

Fl-ishma lokali, il-GO tilfu 0.46%; l-International Hotel Investments 0.56% u l-Malta International Airport b’1.33%. Il-PG tilfu 2.11%. L-RS2 Software u Tigne Malta żdiedu b’0.53%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’0.10%; il-Hili Properties 2025 b’0.48%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.97% u l-Endo Finance 2029 b’0.50%. Fuq in-naħa negattiva, il-Gasan Finance 2019/21 tilfu 0.01%; il-Bank of Valletta 2030 (L-ewwel serje) b’0.02% ui l;-Hili Finance Company 2029 b’0.09%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum, u estendew it-telf miż-żewġ sessjonijiet ta’ qabel, hekk kif l-Arabja Sawdija reġgħet bdiet ittella’ l-istess produzzjoni ta’ qabel l-attakk u fost sinjali, li qed jiżdiedu, ta’ tnaqqis fid-domanda.

Il-Brent u l-United States West Texas Intermediate tilfu 3.7% u 3.8% rispettivament min-nhar it-Tnejn, minħabba ż-żieda sorprendenti ta’ 2.4 miljun barmil fil-ħażna taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet u rkupru aktar kmieni milli kien maħsub fil-produzzjoni mill-Gġħarabja Sawdija.

Il-prezz tad-deheb żdied hekk kif l-investituri xtraw il-metall wara tnaqqis qawwi fil-prezz fis-sessjoni ta’ qabel, għalkemm iż-żidiet kienu limitati minħabba dollaru aktar b’saħħtu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Aktar