Barranin
Kummenti mis-Segretarju tat-Teżor Amerikan dwar it-tariffi fuq iċ-Ċina tappnu l-ottimiżmu għall-ishma Ewropej

Muniti

L-ewro illum tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa kontra d-dollaru hekk kif l-investituri wrew kawtela fl-ottimiżmu tagħhom dwar il-prospetti għall-munita unika qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.  Waqt li l-ftehim formali ser jagħti sinjal ta’ waqfien ta’ xhur ta’ battibekki bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja li laqtu ħażin lit-tkabbir globali, l-investituri kienu kawti li jixtru muniti riskjużi b’mod ġenerali.

Il-frank Żvizzeru tilef il-parti l-kbira taż-żidiet bikrin kontra l-ewro iżda imbagħad żdied b’0.08% għal 1.0757 frank kull ewro. Il-frank laħaq l-aħjar rata kontra l-munita unika fi kważi tliet snin nhar it-Tlieta wara li l-Istati Uniti żiedet lill-Iżvizzera mal-pajjiżi imsejħa manipulaturi tal-kambju.

L-Isterlina waqgħet illum wara statistika li wriet li l-inflazzjoni fir-Renju Unit żdiedet bl-inqas rata fi tliet snin, u dan żied l-aspettattivi ta’ tnaqqis fir-rata tal-interessi mill-Bank of England fil-laqgħa li jmiss. Il-prezzijiet għall-konsumatur żdiedu b’rata annwali ta’ 1.3% matul Diċembru mqabbla ma’ 1.5% f’Novembru biex din kienet l-inqas żieda minn Novembru 2016.

Indiċi

L-ishma Ewropej ma kellhom ebda movement illum qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif kummenti mis-Segretarju tat-Teżor Amerikan dwar it-tariffi fuq iċ-Ċina tappnu l-ottimiżmu.

L-indiċi tal-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti kienu marġinalment aktar baxxi qabel il-ħruġ tad-dettalji tal-ftehim maċ-Ċina, bl-investituri jistudjaw ukoll it-tieni rawnd ta’ rapporti finanzjarji mill-banek wara sett ta’ rapporti tajbin ilbieraħ.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu b’1.42%, il-Malta International Airport tilfu 0.72%, il-Malita Investments avvanzaw 4.44%, l-RS2 Software plc tbaxxew b’1.71% u t-Tigné Mall ma kellhom ebda movement minkejja n-negozju li saru fihom.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, is-6PM Holdings 2025 tilfu 0.49%, l-AX Group 2029 żdiedu 0.86%, il-Bank of Valletta 2020 naqsu b’0.91%, il- Hili Finance Company 2029 tilfu 2%. Il-MeDirect Bank (Malta) 2024/29 u l-Mercury Projects Finance 2027 it-tnejn żdiedu 0.49% u kien hemm żieda ta’ 0.96% fit-Tumas Investments 2024.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum minħabba tħassib li l-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali maċ-Ċina, mhux ser jixpruna d-domanda għax l-Istati Uniti għandha l-ħsienb li żżomm it-tariffi kontra ċ-Ċina sat-tieni fażi.  Pressjoni oħra fuq il-prezzijiet kien rapport mill-OPEC li qal li ser ikun hemm domanda inqas għaż-żejt matul din is-sena anke jekk id-domanda globali tikber, hekk kif produtturi jieħdu sehem mis-suq u l-Istati Uniti tidher li lesta għal produzzjoni rekord oħra.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum mill-inqas livell f’ġimgħa fl-aħħar sessjoni minħabba tħassib ġdid dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qabel l-iffirmar tal-ftehim inizjali.

 

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar