Kummenti ta’ Trump iħassbu lill-investituri dwar l-ekonomija globali

Id-Dollaru llum baqa’ qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn, hekk kif żdiedet id-domanda għal assi siguri minħabba inċertezzi u tħassib usa’ dwar it-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku globali.

Dan it-tħassib tqajjem l-aktar wara li nhar il-Ħamis il-Kummissjoni Ewropea naqqset bil-bosta it-tbassir tagħha għat-tkabbir fiż-żona tal-Ewro din is-sena u li tmiss, minħabba li l-ekonomiji l-kbar taż-żona ser jinżammu lura minħabba t-tensjonijiet kummerċjali internazzjonali u sfidi domestiċi.

It-tħassib tal-investituri dwar l-ekonomija globali tkabbru wkoll wara kummenti tal-President Amerikan Donald Trump, li qal mhux qed jippjana li jiltaqa’ mal-President Ċiniż Xi Jinping qabel l-1 ta’ Marzu biex jasal għal ftehim kummerċjali.

L-ishma Ewropej tbaxxew minn livelli li kienu l-ogħla fi 12-il ġimgħa hekk kif rapporti dgħajfa minn Publicis, GEA u TUI bbilanċjaw ir-rapporti tajbin mill-banek wara riżultati aħjar milli kienu mistennija mill-Unicredit tal-Italja.

L-iSTOXX 600 tbaxxa 0.3% u d-DAX, li huwa sensittiv għall-kummerċ tilef 0.7%  minħabba it-tħassib dwar ir-relazzjonijiet kuimmerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti f’dawn tal-aħħar ser  jimponu tariffi ġodda fuq prodotti Ċiniżi fit-2 ta’Marzu.

Is-swieq taż-żejt tilfu llum, minħabba t-tħassib dwar l-ekonomija mondjali, għalkemm it-tnaqqis mill-OPEC u s-sanzjonijiet kontra l-Veneżwela pprovdew xi ftit sostenn għall-prezz.

Il-prezz bil-quddiem għall-United States West Texas Intermediate  tilef 0.9% għal $52.17 kull barmil.

Il-Brent tilfu 0.8% għal $61.15.

Effett ħażin fuq is-swieq finanzjarji, inklużi l-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt, batew minħabba t-tħassib għax it-tilwim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu bla soluzzjoni u b’hekk tappnu l-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku globali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Lokali

It started life when Edward Vincenti Kind began importing an impressive number of products that included cosmetics, ladies’ shoes, household goods, radios and passenger cars. It operated from Republic Street…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Aktar