Lokali
Kumpanija ewlenija fil-Ghana tixtri l-ishma ta’ kumpanija Maltija
B’riżultat tal-mawra f’Malta mir-Re tal-Ghana, Otumfuo Osei Tutu ll, il-kumpanija prinċipali ġewwa l-Ghana, Cape 3 Oil & Gas ikkonfermat b’kuntratt ix-xiri tal-Ishma fil-kumpanija Maltija Handsonsystems li tispeċjalizza fl-oqsma tat-teknoliġija avvanzata fosthom fleet management, Radio Frequency Identification ( RFID), Virtual Reality u Artificial Intelligence.
Il-kuntratt ġie ffirmat mill-Managing Director tal-kumpanija Cape 3 Oil & Gas, is-sur Nick Wilson li f’kummenti lil TVM stqarr li kien impressjonat bl-effiċjenza tal-Maltin in ġenerali speċjalment l-attitudni pożittva tal-Gvern Malti u bid-dinamiżmu tat-tmexxija ta’ Handsonsystems illi barra Malta u l-Ghana, għandha operat ġewwa l-Oman, il-Bolivia, l-Italia u l-Awstralja.

Stqarr ukoll li wara ż-żjara tal-President Marie Louise Coleiro Preca fil-Ghana, is-sena li għaddiet, u dik tar-Re tal-Ghana f’Malta r -relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi huma kkonsolidati u l-ftuħ tal-Ambaxxata Maltija ġewwa l-Ghana se tkompli tkabbar ir-relazzjonijiet  kummerċjali, kulturali u politiċi daqs qatt qabel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

L-ewro llum żdied wara li naqset it-tensjoni politika fl-Italja u dan sostna rkupru fis-sentiment ta’ riskju hekk kif it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ekonomiji maġġuri oħrajn jidher…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Lokali

Il-bank APS ġedded l-isħubija tiegħu ma’ Aġenzija Żgħażagħ; b’aktar opportunitajiet ta’ studju Il-bank APS qed jikkollabora ma’ Aġenzija Żgħażagħ biex iġib miegħu aktar opportunitajiet fl-ispeċjalizzazzjonijiet fil-karrieri għall-istudenti bejn it-18 u…

Lokali

Il-B2B Expo Malta, organizzata mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, se jkollha parteċipazzjoni mill-kelliema internazzjonali Sir Clive Woodward, il-Coach Prinċipali li mexxa t-team tar-rugby tal-Ingilterra biex jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2003; Sahar…

Aktar