Lokali
Kumpaniji jħejju biex jirrapportaw l-agħar tliet xhur mill-kriżi finanzjarja tal-2008

Dawn huma l-aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank

Muniti 

L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kiber l-għadd ta’ imwiet mill-coronavirus u uffiċjali qalu li huwa kmieni wisq biex wieħed jitkellem dwar illaxkar tal-lockdown implimentat biex jwaqqaf l-imxija.

Iż-żidiet bikrin tad-dollaru għebu llum hekk kif l-investituri ħadu pożizzjoni qabel summit tal-Unjoni Ewropea din il-ġimgħa dwar kif ser jkunu miġġielda l-effetti ħżiena ekonomiċi tal-coronavirus. Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conti f’intervista llum appella lill-Unjoni Ewropea sabiex toħroġ bonds komuni taż-żona ewro biex  turi s-solidarjetà taż-żona quddiem il-pandemija li mistennija tqajjem l-agħar riċessjoni f’bosta snin.

Il-kapijiet ta’ gvern tal-Unjoni Ewropea mistennija li jkollhom summit bil-vidjow nhar il-Ħamis dwar l-effetti ekonomiċi tal-coronavirus, fejn ser jinstemgħu opinjonijiet differenti , l-aktar mill-istati fin-naħa ta isfel. Id-dollaru f’xi ħin kellu żieda ta’ 0.21% kontra l-ewro.

Indiċi  

L-ishma fl-Ewropa wrew żieda llum hekk kif l-għadd ta’ vittmi mill-pandemija naqsu fl-Italja u Spanja, l-aktar żewġ pajjiżi milquta fl-Ewropa. Iżda ż-żidiet malajr intilfu wara nofsinhar hekk kif is-sentiment baqa’ kawt bil-kumpaniji jħejju sabiex jirrapportaw l-agħar tliet xhur mill-kriżi finanzjarji tal-2008 u biż-żejt ikollu effett negattiv fuq kumpaniji Ewropej.

Fl-Istati Uniti, l-ishma kienu mistennija li jitbaxxew hekk kif l-ishma tal-enerġija intlaqtu ħażin mill-prezzijiet dejjem neżlin taż-żejt, waqt li l-investituri qed iħejju rwieħhom għal ġimgħa mimlija rapporti finanzjarji mill-kumpaniji u statistika ekonomika li tista’ tipprovdi aktar evidenza tal-ħsara mill-coronavirus.

 Shares

Kien hemm movimenti imħalta llum fis-sessjoi tal-ishma lokali fejn  Simonds Farsons Cisk marru l-agħar għal prezz ta’ €8 bi tnaqqis ta’ 5.88%. Il-Go tilfu wkoll 3.09%, il-BMIT Technologies tilfu 0.41% u l-Malta International Airport tbaxxew b’0.40%. F’territorju pożittiv kien hemm it-Trident Estates bi 2.27%, il-MIDI b’5.56% u l-Malta Properties Company kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 13.33 fi tmiem is-sessjoni.

Bonds

 Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-movimenti kienu l-aktar pożittivi bil-Von der Heyden Group Finance 2024 biss jitilfu 1.99%. Il-GAP Group 2023 u l-Virtu Finance  2027 it-tnejn żdiedu 1%, il-Hili Properties 2025 avvanzaw 1.61%, l-SP Finance  2029 żdiedu 1.95%, il-Phoenicia Finance Company  2023-2028 għalqu b’żieda ta’ 1.98% u l-Eden Finance 2027 kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 2.04%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum bil-United States West Texas Intermediate laħaq l-inqas prezz mill-1999, minħabba tħassib li l-ħażna Amerikana taż-żejt mhux raffinat dalwaqt timtela’ waqt li l-kumpaniji jħejju biex jirrapportaw l-agħar tliet xhur mill-kriżi finanzjarja.

Il-prezz tad-deheb żdied bi ftit, wara li kien laħaq l-inqas prezz f’aktar minn ġimgħa, hekk kif issaħħaħ id-dollaru waqt li l-investituri qed jistennew aktar ħjiel dwar il-ħsara ekonomika mill-coronavirus f’ġimgħa mimlija rapporti finanzjarji mill-kumpaniji u statistika ekonomika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar