Barranin
L-2018 tibda b’ottimiżmu għall-ewro

Muniti kontra l-ewro

L-ewro illum kien qed jiġi nnegozjat qrib l-ogħla rata fi tliet snin kontra dollaru aktar dgħajjef, fl-ewwel jum tal-2018. Dan juri ottimiżmu dwar l-istampa ekonomika tajba li qed tidher fiż-żona tal-ewro.

L-isterlina bdiet is-sena b’żieda għall-ogħla livell fi tlitt xhur kontra d-dollaru, bl-investituri jwarrbu min-nofs l-istatistika dwar il-manifattura li kienet dgħajfa aktar milli mistenni biex jiffukaw fuq it-taħditiet li jmiss dwar il-Brexit.

Id-dollaru Kanadiż issaħħaħ kontra dak Amerikan, hekk kif din il-munita tbaxxiet u l-prezz taż-żejt żamm qrib l-ogħla f’sentejn u nofs.

Indiċi

Wall Street kien riesaq lejn sessjoni tajba fl-ewwel jum ta’ negozju fl-2018, mgħejjun minn prezzijiet tajbin dwar il-prodotti essenzjali u dollaru aktar dgħajjef, fattur li juri li l-ishma ser ikomplu mal-avvanz tas-sena li għaddiet.

Indiċi ewlenin tal-isħma għalqu l-2017 bl-aħjar riżultati mill-2013 ‘l hawn xprunati minn taħlita ta’ tkabbir ekonomiku qawwi, dħul solidu mill-kumpaniji, rati ta’ interessi aktar baxxi u t-tama ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-kumpaniji.

Indikaturi ekonomiċi

Il-manifattura fiż-żona tal-ewro temmet l-2017 b’żieda fl-attività, bl-akbar passi f’aktar minn 20 sena u bid-domanda togħla tindika li ser jibdew is-sena f’livell għoli.

Stħarriġ illum wera li l-ekonomija taż-żona ewro kienet aħjar minn dawk ta’ żoni oħrajn u l-Bank Ċentrali Ewropew qed jippjana li jnaqqas l-programm ta’ stimulu minn dan ix-xahar.

L-indiċi tal-IHS Markit għal Diċembru kien jimmarka 60.6 skont l-ewwel qari u ‘il fuq minn 60.1 ta’ Novembru. Dan kien l-ogħla minn mindu l-istħarriġ beda f’Ġunju 1997.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt kellhom l-aħjar ftuħ tas-sena mill-2014 ‘il hawn bil-prezz taż-żejt mhux maħdum jilħaq il-prezzijiet ta’ nofs l-2015 fost protesti kontra l-Gvern fl-Iran u t-tnaqqis li għaddej immexxi mill-OPEC u r-Russja.

Id-deheb laħaq l-ogħla prezz minn Settembru, estenda l-irkupru ta’ tmiem is-sena li ra l-prezz jiżdied b’4.4% fl-aħħar tliet ġimgħat tal-2017, hekk kif aktar tnaqqis fid-dollaru tella’ l-prezzijiet ogħla minn $1,310 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru baqa’ qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali hekk kif it-tnaqqis fl-ekonomija Ċiniża għall-inqas livell fi 28 sena kabbar it-tħassib tal-investituri dwar it-tkabbir globali u sostna l-muniti meqjuża…

Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Aktar